STQARRIJA MILL-MINISTRU GħALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI: Il-giddieb għomru qasir
PR1863
01/12/2008
| “Dr. Joseph Muscat għoġbu | jgħid li jien gdibt lill-Parlament meta rrispondejt domanda f’Diċembru li għadda dwar il-ħlas ta’ taxxa konnessa mat-tħaddim tal-impjant tal-purifikazzjoni tad-drenaġġ f’Għawdex. |
| Id-domanda tal-Onor. Anton | Refalo kienet tgħid hekk: |
| Jista’ l-Ministru jgħid jekk | il-Gvern hux marbut jintaxxa ..... |
u jien irrispondejt:
| Infakkar lill-Onor | Interpellant li l-uniku Gvern Malti li qatt ried jintaxxa lill-poplu fuq id-drenaġġ kien il-Gvern li kien jifforma parti minnu hu stess. |
| F’dik ir-risposta m’hemmx | kelma waħda li m’hix minnha għax hu assolutament veru li l-Gvern ta’ Alfred Sant “ried jintaxxa” (qgħadt attent, m’għidtx “intaxxa” għax ma kienux daħlu fis-seħħ) l-użu tad-drenaġġ u Dr. Muscat kien faħħru u qallu li għamel sew. Ta’ min jgħid li Dr. Sant ma kien se jibni ebda impjant ta’ tisfija kif għamel dan il-Gvern. |
| Ir-risposta ma fiha ebda gidba imma fiha biss | fatti veri. Forsi tista’ tgħid li ma rrispondejtx kif ried min għamilli d-domanda, imma l-anqas dan ma hu korrett ; għax min staqsa, staqsa jekk hux se nagħmlu “taxxa” mentri d-Direttiva tal-UE tgħid li għandek tagħmel “tariffa”. Għal ħafna, din forsi mhux importanti, imma kemm l-Onor. Refalo kif ukoll l-Onor. Muscat jafu li hemm differenza – u differenza kbira wkoll! |
Mhux tort tiegħi jekk Dr. Muscat għadu ma darax li l-kliem fil-Parlament tużahom b’mod meqjus.”
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984