BDEW IL-LAQGĦAT TA’ KONSULTAZZJONI DWAR IR-RIFORMA MILL-PRIMARJA GĦAS-SEKONDARJA
PR1809
25/11/2008
| Il-Ministeru tal-Edukazzjoni l-bieraħ nieda | sensiela ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni dwar ir-riforma maħsuba għall-mixja mill-primarja għas-sekondarja li għandha l-mira ewlenija tagħha li t-tfal kollha jmorru aħjar. L-ewwel laqgħa f’din is-sensiela saret fil-Kulleġġ Santa Klara f’Pembroke u tmexxiet miż-żewġ Diretturi Ġenerali tal-Edukazzjoni, Micheline Sciberras u Dr. Grace Grima. |
| Numru ta’ ġenituri attendew għal din | il-laqgħa u taw l-ideat u s-suġġerimenti tagħhom dwar din ir-riforma wara li semgħu preżentazzjoni minn Dr. Grace Grima, li spjegat il-ħtieġa għal din il-bidla importanti fil-qasam edukattiv. Din ir-riforma hija mmirata biex aktar tfal jiksbu l-ħiliet edukattivi biex jgħinuhom ikompli miexja ‘l quddiem fl-edukazzjoni; u fl-istess ħin tonqos it-tensjoni li qed tinħoloq fuq tfal minn eta’ żgħira, li terz minnhom sal-lum jispiċċaw ittimbrati bħala li huma inferjuri għal sħabhom u jitilfu l-istima fihom infushom. |
| L-iskopijiet ewlenin tar-riforma huma li | jkompli jogħla l-livell u l-kwalita’ tat-tagħlim fl-iskejjel tagħna u li ntejjbu l-esperjenza tat-tfal fit-tagħlim permezz ta’ faċilitajiet aħjar u appoġġ lill-għalliema tagħhom. Filwaqt li l-eżamijiet mhux se jitneħħew, dan ikun metodu wieħed biss kif inkejlu l-progress tal-istudenti u jkun kumplimentat b’assessjar kontinwu matul is-sena biex ikun assigurat li ħadd mit-tfal tagħna ma jaqa’ lura fit-tagħlim. |
| Fil-fatt dak li kien l-eżami tal-Junior | Lyceum u tal-Common Entrance huma maħsuba li jispiċċaw u flokhom jidħol eżami ta’ tmiem il-primarja li jkejjel il-livell ġenerali tal-edukazzjoni miksub mill-isudenti. Fuq kollox irridu li jkollna sistema edukattiv li jsaħħaħ id-diversita’ ta’ ħiliet u talenti tat-tfal tagħna fis-suġġetti differenti għax dan jinkoraġġihom biex jilħqu l-potenzjal kollu tagħhom. B’hekk noħolqu ambjent ħieles mill-istress u l-ansjeta’ li jħossu t-tfal u l-ġenituri tagħhom u ngħinu biex aktar tfal ikomplu jistudjaw wara li jagħlqu s-sittax il-sena. |
| It-tieni f’din is-sensiela ta’ laqgħat ta’ | konsultazzjoni se ssir għada l-Erbgħa 26 ta’ Novembru fl-iskola Lily of the Valley tal-Kulleġġ Maria Reġina fil-Mosta u tibda fis-6.30 p.m. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984