Kors ġdid fl-Imprenditorija
PR1795
21/11/2008
| Iċ-Ċentru ta’ | Tagħlim tul il-Ħajja (Lifelong Learning Centre) li jinsab fl-Imsida, ser jibda kors ġdid fl-imprenditorija. Il-kors jismu “The Steer 2 Success”. |
| L-għan tal-kors | hu li jinkoraġixxi aktar nies jieħdu linja aktar professjonali meta jagħżlu li jmexxu n-negozju tagħhom. Il-kors għandu wkoll jistimula lil dawn in-nies fuq inizjattivi biex in-negozju, anke jekk hu żgħir, jirrendi ruħu f’suċċess u ta’ sodisfazzjon għan-negozjant. |
| Kull lezzjoni | sejra tkun twila sagħtejn, darba fil-ġimgħa (kull nhar ta’ Tlieta). Biex min diġa għandu negozju ikun jista’ jattendi wkoll, il-lezzjonijiet sejrin isiru bejn is-1.30 u t-3.30 ta’ wara nofsinnhar. |
| Dawn il-lezzjonijiet ser ikunu mmexxija | mis-Sinjura Sangeeta Sullivan. Il-lezzjonijiet jibdew mid-9 ta’ Diċembru 2008 u jibqgħu sejrin sa’ l-aħħar ġimgħa ta’ Mejju 2009. |
| Ir-reġistrazzjoni ta’ dawk interessati jibqgħu | jintlaqgħu sa’ nofsinnhar tal-Ġimgħa 5 ta’ Dicembru, 2008, f’Kamra Nru. 320, Direttorat tas-Servizzi Edukattivi, Dipartiment għas-Servizzi ta’ l-Istudenti (Telefon 2598 2444 jew 2598 2301; Fax 2598 2123 jew fuq posta elettronika eveningcourses.medc@gov.mt). Hemm ħlas ta’ reġistrazzjoni ta’ €46.59 għal dan il-kors. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984