Konklużi n-negozjati dwar il-Health Check tal-Politika Agrikola Komuni tal-Unjoni Ewropea
PR1794
21/11/2008
| Fi tmiem negozjati twal u intensivi li | kkaratterizzaw il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Agrikoltura li saret fl-aħħar jiem fi Brussels, il-Presidenza Franċiza tal-Unjoni Ewropea rnexxielha tilħaq ftehim fuq il-Health Check tal-Politika Agrikola Komuni tal-Unjoni Ewropea. |
| Dan il-ftehim intlaħaq wara li | l-Presidenza ppreżentat proposta ta’ kompromess wara numru ta’ laqgħat bilaterali mal-Istati Membri kollha, inkluż Malta. Il-ftehim effettivament iġib fi tmiemhom xhur twal ta’ diskussjonijiet dwar din il-proposta ta’ riforma. |
| Il-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali | George Pullicino, f’isem Malta, għamel każ biex pajjiżna jkollu aktar flessibilita’ fl-użu ta’ fondi sabiex ikun jista’ jindirizza sfidi speċifiċi fis-settur tal-produzzjoni tal-ħalib. Kien għalhekk ta’ sodisfazzjon għal Malta li fil-ftehim finali ta’ din ir-riforma, ingħatat deroga sabiex Malta tkun tista’ tuża sa’ massimu ta’ €2 Miljuni minn fondi tal-Politika Agrikola Komuni għal dan il-għan. |
| Dan | huwa sinifikanti l-aktar meta wieħed iqis li dan jammonta għal madwar 40% tal-allokazzjoni finanzjarja ta’ Malta ghal dan is-settur u għalhekk wieħed japprezza li l-livell tal-flessibilita’ għal pajjiżna issa huwa wieħed konsiderevoli. |
| Fattur ieħor pożittiv huwa l-fatt li l-ftehim | iwitti t-triq sabiex jiġu trasferiti flus mill-fondi ta’ pagamenti diretti għall-Fond ta’ Żvilupp Rurali sabiex ikunu jistgħu jintużaw biex jindirizzaw għadd ta’ sfidi ġodda li tista’ tiffaċċja l-biedja fil-ġejjieni, fosthom in-nixfa u l-bdil fil-klima. |
| Dan | l-eżerċizzju fisser ukoll li fil-kuntest tad-diskussjonijiet dwar il-futur tal-Politika Agrikola Komuni wara l-2013, kemm il-Kunsill tal-Ministri kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea qablu li jirrevedu s-sistema tal-allokazzjoni tal-fondi li jintuża f’pagamenti diretti u dan sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun id-dislivell bejn il-pajjiżi. Dan kien punt importanti li tqajjem minn pajjiżna, u għandu jgħin biex Malta tkun tista’ tinnegozja l-allokazzjoni finanzjarja futura għall-Pagamenti Diretti b’mod li jkollha allokazzjoni iżjed ambizzjuza biex is-settur agrikolu jkun jista’ jingħata appoġġ akbar. |
| Fi | tmiem il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri, il-Ministru Pullicino esprima t-tama li din ir-riforma tilħaq l-għanijiet li daħlet għalihom u li fuq kollox tkompli tgħin fl-iżvilupp tas-settur agrikolu lokali. Hu wera s-sodisfazzjon li l-issues ewlenin imqajma mis-settur agrikolu Malti f’dan l-eżerċizzju ġew indirizzati b’mod pożittiv fil-ftehim finali u qal li dawn id-diskussjonijiet kienu konferma oħra tal-importanza li pajjiżna jkun parteċipi fit-teħid tad-deċiżjonijiet. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984