Left arrow Go Back

Esebizzjoni ta’ ritratti ta’ Proġetti ffinanzjati mill-UE

PR1787
Date Icon 20/11/2008
Fis-sala tal-esibizzjonijiet fil-Ministeru għalGħawdex qed issir wirja li toffri informazzjoni lill-pubbliku dwar il-proġetti li twettqu madwar Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar erba’ snin bis-saħħa ta’ ko-finanzjament taħt il-Programm ta’ Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni għal Malta 2004-2006.
Għawdex flimkien ma’ Malta bbenefika minn ħamesFondi strutturali li jinkludu l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond Ewropew tal-Gwida u l-Garanzija Agrikola (Taqsima Gwida), l-Istrument Finanzjarju għall-Gwida tas-Sajd u mill-Fond ta’ Koeżjoni.
Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. GiovannaDebono żaret din il-wirja fejn hemm esebiti ritratti ta’ proġetti li saru f’Għawdex bl-għajnuna ta’ dan il-programm ta’ l-Unjoni Ewropea. Il-Ministru Debono spjegat kif is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea kienet ta’ benefiċċju sostanzjali għal gżira ta’ Għawdex b’mod speċjali fis-setturi ta’ l-ambjent, l-agrikoltura, l-infrastruttura u t-turiżmu. Barra minn hekk ġiet ukoll mogħtija importanza lir-riżorsi umani fejn ġew offruti bosta korsijiet li tejbu l-ħiliet tal-parteċipanti u taw aktar opportunitajiet ta’ tagħlim lill-poplu Għawdxi.
Il-Ministru Debono saħqet li Għawdex ibbenefikadirettament minn ħafna proġetti kofinanzjati mill-Fondi Strutturali mis-setturi kollha ta’ prijorità, iżda bbenefika sostanzjalment mill-fondi taħt il-prijorità numru erbgħa tal-Programm, li kienet speċifikament immirata biex tindirizza l-bżonnijiet speċjali ta’ Għawdex.
Il-kisbiet ewlenin tal-proġetti f’Għawdexjinkludu taħriġ għal aktar minn 600 persuna li jaħdmu jew li qed ifittxu xogħol biex itejbu l-ħiliet u l-prospetti tax-xogħol tagħhom. Numru ta’ persuni oħra attendew għal korsijiet b’suġġetti agrikoli u ambjentali permezz ta’ aktar għadd ta’ korsijiet li saru f’Għawdex.  Għawdex ibbenifika wkoll minn proġetti infrastrutturali li kienu jinkludu l-estensjoni taċ-Ċentru ta’ l-Arti u l-Artiġjanat u bini ta’ l-Incubation Centre, titjib fiż-żona artiġjanali f’Ta’ Dbieġi, bini ta’ Istitut għall-Istudji Turistiċi fil-Qala,  installazzjoni ta’ freezers għall-ħażna ta’ prodotti ta’ l-ikel fil-Cold Stores tax-Xewkija, u bini ta’ madwar ħames kilometri ta’ toroq. Minn barra li tejbu l-aċċessibiltà fuq il-gżira, dawn it-toroq joffru livell akbar ta’ sigurtà.
Is-settur turistiku Għawdxi, li hu elementfundamentali għall-iżvilupp soċjo-ekonomiku tal-gżira, kien ukoll wieħed mis-setturi li fuqu ġiet iffukata l-ħidma u l-investiment matul dawn l-aħħar erba’ snin. Dan is-settur ibbenefika b’mod partikolari mill-proġett ta’ żvilupp ta’ niċeċ turistiċi ġodda bħal ma huwa d-diving. Dan il-proġett kien jinkludi Masterplan għall-qasam tad-diving, reklamar f’publikazzjonijiet relatati ma’ dan il-qasam turistiku kif ukoll ħolqien ta’ siti ġodda għall-għaddasa permezz ta’ l-għarqa ta’ żewġ vapuri.
Żvilupp ieħor importanti f’dan is-settur kienil-bini u xiri ta’ tagħmir ta’ decompression chamber li permezz tagħhom ġie mtejjeb il-potenzjal biex dan il-qasam jattira aktar turisti fil-gżira ta’ Għawdex. Ix-xiri ta’ vetrini state of the art għall-Mużew ta’ l-Arkeoloġija kienu wkoll ta’ benefiċċju għal dan is-settur filwaqt li huma strumentali biex jintwerew f’Għawdex numru ta’ oġġetti arkeoloġiċi uniċi li kienu nstabu fil- Brochtorff Circle f’Għawdex.
Il-Ministru għal Għawdex faħħret ukolll-inizjattiva ta’ diversi entitajiet u individwi Għawdxin li pparteċipaw u bbenefikaw minn numru ta’ proġetti li kienu mnedija fuq livell nazzjonali kif ukoll reġjonali. Numru ta’ bdiewa rnexxielhom itejbu l-kundizzjonijiet fl-irziezet jew fl-għelieqi tagħhom filwaqt li operaturi fis-settur turistiku tejbu l-faċilitajiet fl-istabbilimenti turistiċi tagħhom.
‘Dan jawgura tajjeb għas-snin li ġejjin fejn il-Gvern jerġa’ jalloka 10 fil-mija mill-fondi ewropej biex jiġu investiti direttament fi proġetti fil-gżira ta’ Għawdex’, temmet tgħid il-Ministru Giovanna Debono
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow