STQARRIJA KONĠUNTA BEJN IL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-MUMN
PR1783
20/11/2008
| Wara | li l-Ministru Dalli sostna li lest li jiltaqa’ mal-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel (l-MUMN), kemm-il darba jissospendu l-azzjonijiet ordnati minnha, l-MUMN issospendiet l-azzjonijiet industrijali. Għaldaqstant il-Ministru għall-Politika Soċjali, John Dalli ltaqa’ mal-uffiċjali tal-Union f’laqgħa ta’ madwar siegħa u nofs. F’din il-laqgħa ġew diskussi l-issues li hemm fuq is-servizz tas-saħħa. |
| Wara | li jidher li ż-żewġ partijiet għandhom l-istess interess, li jtejbu s-servizz tas-saħħa, ġie deċiż li jitlaqqa’ kumitat governattiv iċċerjat mill-Ministru Dalli sabiex jitratta l-issues differenti mressqa mill-MUMN u sabiex tinstab soluzzjoni għall-items pendenti. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984