IL-MINISTRU AUSTIN GATT JIPPREŻENTA SETT TA’ BOLOL LI JFAKKRU L-AĦĦAR VJAĠĠ TAL-CRUISE LINER RMS QUEEN ELIZABETH 2
PR1769
18/11/2008
| Il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u | Komunikazzjoni Austin Gatt żar il-cruise liner storiku RMS Queen Elizabeth 2 waqt li qiegħed jagħmel l-aħħar vjaġġ, fejn minn Malta se jbaħħar lejn Lixandra, u minhemm jibqa’ sejjer Dubai. Hemmhekk se jkun konvertit f’lukanda mill-aktar lussuża. |
| Dan | il-vapur li llum sar istituzzjoni u parti mill-istorja, meta jiġi konvertit se jinkludi wkoll postijiet ta’ divertiment kif ukoll ħwienet se jkun ankrat fil-gżira artifiċjali magħrufa bħala Palm Jumeirah. |
| Għal | din l-okkażjoni, il-Ministru Austin Gatt ippreżenta sett ta’ bolol kommemorattivi lill-Kaptan Ian McNaught maħruġa għall-okkażjoni mill-Bureau Filatetiku tal-kumpanija Maltapost. Il-Ministru Austin Gatt fisser din l-okkażjoni bħala importanti ħafna hekk kif Malta ġiet inkluża wkoll fl-aħħar vjaġġ ta’ RMS Queen Elizabeth 2. Dan il-bastiment lussuż ilu jbaħħar kważi 40 sena. |
| Dan | is-sett ta’ bolol għandu stampat erba’ cruise liners ta’ fama dinjija li regolarment iżuru l-Port il-Kbir. Dawn huma l-MSC Musica, l-MS Voyager of the Seas, l-MS Westerdam u RMS Queen Elizabeth 2. |
| Il-bolol, li kienu ddisinjati minn Daniel | Mangani, impjegat tal-kumpanija Maltapost, għandhom valur rispettiv ta’ €0.63, €1.16, €1.40 u €3. Id-daqs tal-bolol hu 44 mm x 31mm. |
Il-bolol huma għall-bejgħ mit-18 ta’ Novembru.
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984