IL-PRIM MINISTRU JILTAQA’ MAL-UNIONS
PR1765
18/11/2008
| B’riferenza għall-kummenti | tas-Sur Tony Zarb, Segretarju Ġenerali tal-GWU, kif imxandra f’ ‘L-Orizzont’ ta’ dalgħodu, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jixtieq jippreċiża li mhux minnu li l-Prim Ministru ma riedx jiltaqa’ mal-unions kollha li ħadu sehem fil-protesta l-ġimgħa li għaddiet. Tant hu hekk, li fl-ebda mument il-GWU ma insistiet li jattendu l-unions kollha. |
| L-unika ħaġa li l-GWU insistiet dwarha kienet li | l-laqgħa ma ssirx it-Tlieta ħalli jkun hemm żmien biex titħejja proposta minkejja li l-protesta u t-talba għal-laqgħa saru erbat ijiem qabel. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984