Left arrow Go Back

Release No 1752 - IL-MINISTRU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI JIFTAĦ IL-FIERA TA’ L-GĦASEL

PR1752
Date Icon 15/11/2008
Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali,l-Onor. George Pullicino, dalgħodu fetaħ il-Fiera ta’ l-Għasel, liema fiera oriġinat biex jiġi varat il-proġett għall-konservazzjoni tan-naħla Maltija. Il-proġett huwa nmexxi mit-Taqsima tal-Apikultura fl-Għammieri, bl-iskop li terġa titkabbar din in-naħla endemika li tant hija efiċċjenti u superjuri għal naħal ieħor.   Il-Kunsill ta’ Santa Venera aċċetta li jgħin f’dan il-proġett billi provda parti minn Ġnien Romeo Romano biex jitpoġġew il-kolonji tan-naħal.
Qegħdin jipparteċipaw f’dinil-Fiera bosta produtturi tal-għasel Malti, l-istudenti tal-ITS  li qed joffru riċetti tal-ikel u xorb bl-għasel, hemm wkoll ikel tipikament Malti għal- bejgħ kif ukoll esebizzjoni ta’ snajja Maltin bħal bizzilla u newl.
Għal  din l-okkazjoni CasaLeoni li kienet ir-residenza tal-Gran Mastru Manwel de Vilhena u li tmiss ma’ ġnien Romero Romano hija wkoll miftuħa għall-pubbliku.   Attrazzjoni prinċipali f’dan il-ġnien huwa ir-razzett u s-sienja unika bil-bagħal li jttella l-ilma li kien jiġi mill-akewedott, li qed terġa tiġi mħaddma għal matul din il-fiera.
Il-fiera tal-Għasel hijamiftuha millum is-Sibt 15 ta’ Novembru bejn l-10am u 8 pm u l-Ħadd 16 ta’ Novembru  bejn it-8 u il 5 pm.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow