eRESOURCE CENTRE FUQ IL-FAMILJA
PR1740
14/11/2008
| Il-Kumitat Parlamentari dwar l-Affarijiet | Soċjali għadu kemm nieda ċentru ta’ informazzjoni u riċerka elettronika fuq il-familja u l-oqsma relatati. |
| Dan | il-proġett huwa parti ntegrali mid-diskussjonijiet li l-Kumitat Parlamentari qed ikollu sabiex jikseb aktar għarfien fuq il-familja u t-tisħiħ tagħha. Ħafna minn din ir-riċerka ġiet mgħoddija lil dan il-Kumitat Parlamentari mingħand professjonisti fis-suġġett tal-familja. |
| F’dan iċ-ċentru ta’ riċerka elettronika wieħed | għandu jsib 130 artiklu u pubblikazzjoni minn pajjiżi u universitajiet differenti. F’dawn il-pubblikazzjonijiet jidher ċar l-importanza tal-familja bħala kapital soċjali li ssaħħaħ is-soċjetà. |
Dan iċ-ċentru ta’ informazzjoni u riċerka elettronika huwa aċċessibbli minn fuq il-webpage tal-Kumitat Parlamentari dwar l-Affarijiet Soċjali li tinsab fuq il-website tal-Parlament ta’ Malta www.parliament.gov.mt.
Kull min jixtieq jagħmel kuntatt mal-Kumitat jista’ jagħmel użu mill-email ġeneriku socialaffairs.parliament@gov.mt u jindirizza l-ittra liċ-Chairperson tal-Kumitat, l-Onor Edwin Vassallo MP.
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984