MEMBRI PARLAMENTARI JŻURU L-FIERA TAL-KTIEB F’DAR IL-MEDITERRAN GĦALL-KONFERENZI
PR1735
13/11/2008
| Fuq inizjattiva tal-Ispeaker | tal-Kamra tad-Deputati Dr. Louis Galea, Deputati miż-żewġ naħat tal-Kamra dalgħodu ssieħbu ma’ mijiet ta’ tfal u adulti fi żjara lill-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb li qed tittella` mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u d-Dipartiment tal-Libreriji f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi. |
| Id-delegazzjoni ġiet milqugħa u mdawra mal-Fiera | miċ-Chairman tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Dr Ġorġ Mallia, u mis-Sur Philip Borg, Direttur tal-Libreriji. Dr Ġorġ Mallia qal li l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb apprezza ħafna ż-żjara li saret fil-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb mill-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati u għadd sabiħ ta' Membri miż-żewġ naħat tal-Kamra. “Din iż-żjara turi r-rikonoxximent tal-Parlament Malti għall-isforzi kbar li jsiru mill-industrija tal-Kotba f'Malta, biex f'suq żgħir ħafna tħeġġeġ l-imħabba għall-qari u l-ktieb f'pajjiżna." |
| Louis Galea rringrazzja | lill-Membri Parlamentari li akkumpanjawh fuq din iż-żjara u f’isimhom fisser l-apprezzament u l-ammirazzjoni tal-Parlament għall-ħidma fejjieda tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u tad-Dipartiment tal-Libreriji. |
| L-Speaker Louis Galea qal li | l-Parlament kollu jappella lill-familji Maltin u Għawdxin biex iħeġġu l-qari fost uliedhom u l-membri tagħhom. Huwa qal li jaqbel ma’ Dr Ġorġ Mallia li ssir riċerka biex isir magħruf b’mod aħjar ir-raġunijiet li minħabba fihom il-poplu in ġenerali għadu joqgħod lura mill-qari. “Jiena fiduċjuż li l-Parlamentari kollha jappoġġjaw kull inizjattiva li twassal biex it-tfal kollha jkunu jafu jaqraw sew, kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż, u biex il-poplu in ġenerali jiskopri s-seħer u l-gost tal-qari ta’ kotba li jeħduna f’dinjiet differenti mill-isbaħ,” qal Louis Galea. |
| Id-delegazzjoni Parlamentari | fissret l-apprezzament tagħha għall-kontribut kbir li awturi, pubblikaturi, edituri u distributuri qed jagħtu lis-socjetà Maltija fil-qasam tal-ktieb Malti. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984