Aktar infurzar MID-DIVIŻJONI TAL-PROPRJETà TAL-GVERN f’Tas-Sliema
PR1732
13/11/2008
| Uffiċjali mid-Diviżjoni Proprjetà tal-Gvern | (GPD), komplew bl-azzjonijiet ta’ infurzar fil-jiem li għaddew f’Tas-Sliema fejn ittieħdu għadd ta’ mwejjed u siġġijiet għax dawn kienu qed jiksru l-permessi ta’ encroachment maħruga lill-istabbilimenti konċernati. |
| Bl-istess mod, l-uffiċjali għamlu spezzjoni | tal-istabbilimenti kollha f’dan il-lokal, u ħadu passi fejn kien hemm irregolaritajiet. |
| Dan l-infurzar huwa parti mill-kampanja ta’ | infurzar li qed tagħmel il-GPD kontra l-abbuż ta’ proprjetà pubblika. Apparti f’Tas-Sliema, fl-aħħar xhur intbagħtu ittri ta’ twissija, kif ukoll sar infurzar f’Wied il-Għajn, Birżebbuġia, Marsaxlokk, Buġibba, Qawra, San Pawl il-Baħar, il-Belt Valletta, Paceville, ix-Xlendi u Marsalforn f’Għawdex. |
| B’sodisfazzjon il-GPD tinnota li f’ċerti każi, | l-ittra ta’ twissija kienet biżżejjed biex is-sidien tal-istabbilimenti ġew konformi mal-liġi mingħajr il-bżonn ta’ azzjonijiet ta’ infurzar. Dan huwa l-istat li trid tasal għalih il-GPD, illi l-liġi tiġi rispettata mingħajr bżonn ta’ infurzar. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984