Left arrow Go Back

Aktar minn 20 miljun Euro għal bdiewa Maltin u Għawdxin

pr0353
Date Icon 08/03/2006

Għat-tielet sena konsekuttiva, il-bidwi Malti ser ikompli jibbenefika minn fondi li akkwista l-Gvern b’rizultat tan-negozjati ma’ l-Unjoni Ewropea. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari responsabli mill-Biedja u Sajd, l-Onor. Dr Francis Agius. 

Ghas-sena 2006 il-bdiewa Maltin u Għawdxin jistghu jibbenifikaw aktar minn  20 miljun euro li 80% ġejjin mill-EU u 20% ġejjin mill-gvern Malti. 

Dr Agius qal li l-bdiewa qed jiġu mħeġġa biex japplikaw għal dawn il-fondi għax jekk ma jitteħdux, dawn ser jintilfu. Il-fondi jistgħu jintużaw f’diversi oqsma, eżempju: għar-restawr ta’ ħitan tas-sejjiegħ tal-ilqugħ, għall-ipproċessar tat-tadam, għat-tkabbir ta’ frott u ħxejjex, għajnuna lil min jipprattika l-Biedja Organika, tkabbir ta’ Dwieli, eċċ. 

Dr Agius spjega li biex wieħed ikun eliġibbli għall-fondi jrid l-ewwel jirreġistra l-art li jaħdem ma’ l-Uffiċċju għall-Amministrazzjoni u Kontroll ta’ l-Art Agrikola (IACS) u japplika ukoll għall-miżuri ta’ għajnuna finanzjarja. Anke jekk bidwi m’huwiex sid l-art li jaħdem, xorta waħda jista’ japplika u jkun eliġibbli għall-għajuna finanzjarja. 

Importanti li l-bdiewa jkunu jafu li min ma jirreġistrax l-art, ser jitlef iċ-ċans li japplika għal fondi sas-sena 2013.

Biex wieħed ikun eliġibbli għall-għajnuna jrid josserva kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba, li tinkludi konservazzjoni tal-ħamrija, użu għaqli ta’ l-ilma, użu ta’ pestiċidi u fertiliżżanti, eċċ. Il-bidwi jrid ukoll josserva direttivi ambjentali. 

“Aħna nħeġġu lill-bidwi biex japplika għaliex għandu għad-dispozizzjoni tiegħu 20 miljun euro. Bħalissa l-applikazzjonijiet għall-għajnuna finanzjarja huma miftuħin u l-maġġoranza tal-miżuri jibqgħu miftuħin għall-applikazzjonijiet sat-8 ta’ Mejju ta’ din is-sena. Il-gvern ħoloq one-stop shop biex jiffaċilita l-ħajja tal-bidwi, u  li permezz tiegħu, il-bidwi jista’ japplika għal fondi għal diversi miżuri mill-istess post. Dan sabiex il-bidwi jinqeda aħjar. L-għan aħħari ta’ dawn il-fondi m’huwiex biss illi l-bdiewa jiġu megħjuna fix-xogħol tagħhom iżda wkoll illi permezz ta’ dawn il-fondi, l-konsumatur igawdi mill-aħjar prodott, kif ukoll illi jiġi mħares l-ambjent rurali.” 

Dr Agius temm jgħid li l-gvern, permezz ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea, qiegħed ifassal kampanja ta’ informazzjoni għall-bdiewa u għall-pubbliku ġenerali dwar l-iżvilupp rurali. F’dawn il-jiem ser jitqassam flyer lid-djar kollha sabiex dawk li jaħdmu art agrikola jiġu mħeġġa jirreġistrawha sabiex ikunu jistgħu japplikaw għal dawn il-fondi.  

F’dawn il-jiem ukoll ser jitqassam ktejjeb lil kull min għandu l-art reġistrata li jispjega f’iktar dettal il-miżuri li għalihom ser jintlaqgħu applikazzjonijiet għall-fondi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Performance Audit: Verifying Income Tax Returns

PR261953en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Performance Audit: Verifying In...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA  Performance Audit: Verifying Income Tax Returns

PR261953

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Performance Audit: Verifyi...

More Press Releases Right arrow