WIFI B’xejn Fl-Uffiċċji Amministrattivi Tal-Kunsilli Lokali u Fil-Libreriji Pubbliċi
pr0349
07/03/2006
| “Soċjetà u ekonomija ta’ l-informazzjoni m’hix slogan. Hi mod ġdid | ta’ ħajja; hi l-preżent u l-futur ta’ Malta .” Dan qalu l-Ministru responsabbli mill-Industrija, Investiment u Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni, Austin Gatt, meta kien qed iniedi s-servizz ta’ Internet mingħajr fili (WIFI) b’xejn fl-uffiċċji amministrattivi tal-Kunsilli Lokali, u fil-Libreriji Pubbliċi. |
| Il-Ministru Austin Gatt spjega li llum it-teknoloġija li teżisti qed | tintegra l-konnessjoni ma’ l-Internet mal-vantaġġi tal-mobilità. Huwa għal dan il-għan li rridu nippromwovu f’Malta l-użu tal-WIFI biex dan isir parti mill-ħajja ta’ kuljum. |
| Il-Ministru Austin Gatt spjega li l-possibilità tal-internet b’xejn | fil-pjazez u l-libreriji pubblici ta’ Malta u Għawdex kollu se jagħmilha possibli għal aktar nies jitħajjru jipprovaw din it-teknoloġija. |
| Il-Ministru Austin Gatt | spjega li din l-inizjattiva tilħaq żewġ miri dik li jkun hemm Internet bla fili fiż-żoni pubbliċi ewlenin ta' Malta kollha: il-pjazez tal-ibliet u l-irħula u il-libreriji pubbliċi. Dawn kienu żewġ miri oħra mill-kullana ta’ miri li fassalna fl-istrateġija nazzjonali għal-soċjetà u ekonomija ta’ l-informazzjoni. |
| Il-Ministru Gatt saħaq | li soċjetà u ekonomija ta’ l-informazzjoni m’hix slogan. Hi mod ġdid ta’ ħajja; hi l-preżent u l-futur ta’ Malta . |
| Dan ix-xogħol irid | jinftiehem fil-kuntest ta’ l-akbar żvilupp li rat Malta fil-maturazzjoni tagħha bħala ċentru ta’ eċċellenza għat-teknoloġija ta’ l-informazzjoni: il-proġett Smart City @ Malta li tħabbar fil-jiem li għaddew. |
| Fi tmien snin, il-proġett | mistenni joħloq 5,600 impjieg: 65% minn dawn se jkunu impjiegi ġodda fl-industrija Maltija bbażata fuq l-għerf. L-impjiegi l-oħra se jkunu fl-amministrazzjoni, l-ospitalità, il-bejgħ bl-imnut, il-manteniment, is-sikurezza u l-loġistika. Dan ifisser li dan il-proġett se jkun l-akbar sors t’impjiegi ġodda taħt saqaf wieħed fl-istorja ta’ Malta . |
| Smart | City @ Malta tikkonkretizza dak li konna qed ngħidu meta spjegajna li realistikament l-ekonomija Maltija trid titlaq mit-tradizzjoni tal-manifattura għal impjiegi li fil-ħlas tagħhom jissodisfaw l-aspettativi ta’ dħul tal-Maltin. L-ambizzjonijiet tagħna għall-kompettitività mhux li l-Malta jaqilgħu anqas mit-Tuneżini jew iċ-Ċiniżi biex il-fabbrika tat-tessuti li hawn Malta ma tmurilnix iċ-Ċina. L-ambizzjonijiet tagħna għall-kompetittività hi li nkunu kapaċi nattiraw impjiegi li jħallsu aktar. Qed nirrealizzaw dik l-ambizzjoni. |
| Il-Ministru Austin Gatt qal li l-istrateġija tagħna | kien fiha 13-il kapitlu kollox bejn dak li qed ninawguraw illum u Smart City @ Malta ... u kollox marbut f’katina waħda. |
| Il-programm li ndaħħlu t-teknoloġija | fil-livelli kollha tas-soċjetà Maltija hu ħolqa fil-katina li fiha l-ħolqa li noħolqu f’10 snin 3,600 impjieg għall-Maltin fis-settur teknoloġiku. |
Other Press Releases:
PR261953en
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Performance Audit: Verifying In...
PR261953