Left arrow Go Back

Inawgurata s-Sala ta’ l-Iskola ta’ l-Imsida

pr0325
Date Icon 03/03/2006

Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Louis Galea nawgura s-sala l-ġdida fl-iskola primarja Achille Ferris ta’ l-Imsida.  Din is-sala ġiet kompletament immodernizzata biex illum stess, l-istudenti u l-ġenituri tagħhom ikunu jistgħu jgawduha għall-ewwel darba waqt jum il-premjazzjoni ta’ din is-sena.  Wara li fl-iskola ta’ l-Imsida saru diversi xogħlijiet mill-Fondazzjoni għall-iSkejjel ta’ Għada f’dawn l-aħħar żminijiet, issa kien imiss li tkun immodernizzata s-sala ta’ l-iskola. 

Louis Galea qal li l-ħidma tal-FTS għaddejja b’ritmu tajjeb b’diversi proġetti żgħar u kbar f’kull parti ta’ Malta.  Il-Ministru semma kif din il-ġimgħa stess il-Fondazzjoni bdiet ix-xogħol fuq skola sekondarja ġdida fil-Ħandaq u qed taħdem biex din is-sena jibda wkoll ix-xogħol fl-iskola tal-Verdala.  Hu tenna li fondazzjoni wettqet xogħol fl-iskejjel kollha ta’ Malta biex mill-ewwel it-tfal kollha jħossu l-bidla fl-ambjenti ta’ madwarhom.  Filwaqt li hemm skejjel li diġà laħqu l-istandards mixtieqa għad irridu nagħmlu ħafna xogħol ieħor biex kull skola jkollha ambjenti mill-aqwa u kull skola tkun tista’ tissejjaħ skola ta’ għada. 

Biex saru x-xogħlijiet ta' "upgrading" u tisbieħ ġewwa s-sala ta' l-iskola primarja fl-Msida, il-Fondazzjoni għall-iskejjel t'Għada wettqet xogħlijiet strutturali u ta' alterazzjonijiet fil-bini, xogħlijiet ta' mmodernizzar tas-sistemi tad-dawl u stallazzjoni ta' dwal, tikħil u tibjid, stallazzjoni ta' soffitt ceiling system, u xogħlijiet oħra ta' l-aluminju u ta' l-injam.  Ħafna minn dan ix-xogħol sar mill-ħaddiema tat-Technical Services Section tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. 

Saru diversi xogħlijiet oħra f'din l-iskola mill-FTS, b’investiment ta' madwar Lm 50,000 oħra.  Dawn ix-xogħlijiet kienu jinkludu xogħlijiet strutturali inkluż bini ta' maħżen u ta' klinika; tikħil u tibjid ta' l-iskola kollha minn ġewwa u minn barra, u tisbieh ġenerali; tneħħija ta' madum ta' l-art antik, u tqegħid ta' madum ġdid;  numru ta' aperturi ġodda kemm ta' l-aluminju ki ukoll ta' l-injam; xogħol tal-ħadid (railings għas-sigurta’ tat-tfal u bibien); titjib tas-sistemi tad-dawl, l-ilma, u drenaġġ; xogħol ta' manutenzjoni tal-membrane tas-saqaf; pavimentar, u road markings; forniment ta' diversi biċċiet ta' għamara, u soft furnishings; u diversi xogħlijiet oħra.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Performance Audit: Verifying Income Tax Returns

PR261953en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Performance Audit: Verifying In...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA  Performance Audit: Verifying Income Tax Returns

PR261953

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Performance Audit: Verifyi...

More Press Releases Right arrow