Left arrow Go Back

JINTLAĦAQ QBIL DWAR IR-RIFORMA TAT-TRASPORT PUBBLIKU BI SKEDA

pr0322
Date Icon 02/03/2006
L-Assoċjazzjonitat-Trasport Pubbliku f’ittra mgħoddija lill-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq illum wara nofsinhar ikkomunikat lill-Gvern li kienet qed taċċetta t-termini ta’ l-aħħar proposta mill-Gvern dwar is-sussidju għas-sena 2005 u r-riforma tas-servizz ta’ trasport pubbliku bi skeda.
B’konsegwenzat’hekk, l-istrajk ġenerali mgħajjat mill-Assoċjazzjoni ser jintemm u s-servizz ta’ trasport pubbliku bi skeda, kif ukoll it-trasport tal-istudenti lejn l-iskejjel, ser jitħaddem b’mod normali minn għada, il-Ġimgħa 3 ta’ Marzu 2006.
Is-servizzta’ trasport pubbliku ta’ emerġenza ser jiġi fi tmiemu llejla, filwaqt li minn għada, l-użu tal-‘bus lanes’ kollha ser jerġa’ jkun għall-użu esklussiv tal-mezzi ta’ trasport pubbliku.
Il-Gverniħoss illi l-iżblokk tal-lum jista’ jwassal għal tibdil sostanzjali fil-kwalita` tas-Servizz tat-Trasport Pubbliku.
Jidherli waħda mir-raġunijiet ta’ l-istrajk kienet il-biża ta’ l-operaturi eżistenti illi l-Gvern seta’ kellu xi raġunijiet ulterjuri wara din ir-riforma.
Warali fl-aħħar siegħat kien hemm bdil ta’ korrispondenza biex tiġi ndirizzata din il-biża, l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku irtirat l-azzjoni industrijali.
L-iskoptal-Gvern minn dejjem kien li jikkonvinċi lis-sidien tal-karozzi tal-Linja illi r-riforma sseħħ, kemm fl-aħjar interess tagħhom, billi tiżgura żieda fil-patrunaġġ u konsegwentement fl-għixien tagħhom, kif ukoll sabiex il-Gvern ikun jista’ jwettaq it-tibdil meħtieġ sabiex il-livell tas-servizz ikun wieħed li jixraq lill-poplu Malti.
Il-Ministerujinnota b’sodisfazzjon li għall-ewwel darba wara tant xhur l-Assoċjazzjoni tas-Sidien għamlet dikjarazzjoni ċara fejn tgħid li ser taħdem id f’id mal-Gvern, fl-ambitu tar-riforma proposta mill-Awtorita` Dwar it-Trasport u b’hekk, l-Assoċjazzjoni u l-Gvern jintrabtu b’kuntratt ta’ servizz li jiżgura kwalita` xierqa għal min jagħmel użu minnu.
Fl-aħħarnett,il-Ministeru jixtieq jirringrazzja lil dawk l-entitajiet pubbliċi kollha li taw l-assistenza tagħhom fil-ġarr ta’ passiġġieri waqt l-istrajk.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Performance Audit: Verifying Income Tax Returns

PR261953en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Performance Audit: Verifying In...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA  Performance Audit: Verifying Income Tax Returns

PR261953

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Performance Audit: Verifyi...

More Press Releases Right arrow