Żieda fil-produzzjoni taċ-Ċanga u l-Majjal Lokali
pr0321
02/03/2006
| Is-Segretarjat | Parlamentari responsabbli għall-Biedja u s-Sajd fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent jinnota b’sodisfazzjoni l-istatistika uffiċjali maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika turi li kien hemm żieda fil-produzzjoni tal-majjal u taċ-ċanga għall-konsum frisk lokali. |
| Huwa fatt li kien hemm | zieda ta’ 7.7% taċ-ċanga friska, filwaqt li kien hemm ukoll żieda ta’ 5% ta’ majjal frisk fuq is-sena l-oħra. |
| Jidher ċar li l-kampanja | li għamel il-Gvern ftit tax-xhur ilu fejn ħeġġeġ lill- konsumatur Malti biex jgħazel prodotti friski lokali qed tħalli l-frott mixtieq. Dan hu marbut ukoll mar-ristrutturar ta’ stabbilimenti li jipproċessaw l-istess prodott Malti, li allura qed ikun assigurat l-aqwa iġjene għall-konsumatur Malti. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Francis Agius qal, li l-Gvern għadu għaddej bil-ħidma biex isaħħaħ is-settur tat-tjur fejn jidħol r-ristrutturar li qed isir fuq l-irziezet u l-istabilimenti ta’ l-ipproċessar, fejn jidħol iġjene li minnu igawdi il-konsumatur Malti u Għawdxi. Dr. Agius fakkar li l-Ministeru għadu kemm nieda skema ta’ għajnuna għas-settur tat-tjur ftit tal-ġimgħat ilu. |
| Biex | ikun żgurat li din l-iskema tilħaq l-għanijiet ewlenin li għalihom ġiet imfassla se jkun hemm kundizzjoni li biex wieħed ikun eliġibbli għall-għajnuna, jrid jkun hemm żieda fil-produzzjoni ta’ laħam tat-tiġieġ ta’ 20% fuq is-sena l-oħra. Kundizzjoni oħra li qed issir fuq parti minn din l-għajnuna hi li parti mill-fondi jridu jintefqu fuq il-promozzjoni tal-laħam tat-tiġieġ lokali friski. |
| Is-Segretarju | Parlamentari temm jgħid li din l-għajnuna qed isservi bħala miżura biex ittaffi mill-effetti ta’ suq liberalizzat ta’ għażla għall-konsumatur, liema realta’ kellha tkun iffaċċjata mill-produtturi Maltin u Għawdxin, anke kieku Malta għażlet li tibqa’ barra mill-Unjoni Ewropea. Dr. Agius fakkar li din l-għajnuna, bħal kull għajnuna u sussidji oħrajn li jieħdu l-bdiewa, raħħala u s-sajjieda Maltin u Għawdxin, mhijiex taxxabli. |
Other Press Releases:
PR261953en
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Performance Audit: Verifying In...
PR261953