STANDARD & POORS JIKKONFERMA R-RATING GĦOLI TA' MALTA
pr0313
01/03/2006
| Prova tal-politika serja taħt it-tmexxija għaqlija ta’ dan il-Gvern ġiet | għal darba oħra murija mill-Aġenzija Internazzjonali Standard & Poors. Standard & Poors ikkonfermat ir-rating ta’ Malta bħala ‘A’ u ‘A-1’ għall-perjodu long-term u short term rispettivament. |
| Dan ir-riżultat pożittiv huwa għal darba oħra xhieda tal-wegħda li l-Gvern | għamel biex irażżan id-dejn pubbliku u jagħmel ir-riformi strutturali meħtieġa li għandhom iwasslu għal tkabbir ekonomiku akbar. |
| Dan ir-rapport pożittiv jorbot ma’ dak li diġa’ ħarġet | il-Kummissjoni Ewropeja wkoll, fejn stqarret b’mod ċar li pajjiżna miexi f’direzzjoni tajba biex jilħaq il-miri ekonomiċi u finanzjarji tiegħu. Il-Kummissjoni esprimiet din il-fehma hekk kif ippubblikat l-opinjoni tagħha dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Konverġenza lejn l-addozzjoni ta’ l-euro mill-Gvern Malti. |
| Rapporti pożittivi bħal dawn huma mera importanti għall-kumpaniji | barranin li jkunu jridu jinvestu f’pajjiżna u b’hekk jinħolqu postijiet tax-xogħol ġodda. Xhieda ta’ dan huwa l-investiment barrani li pajjiżna qed jattira, fost l-oħrajn dak l-aktar riċenti tal-kumpanija Tecom Investments u l-investiment ta' Lm110 miljun fiż-żona industrijali ġewwa Ricasoli. |
Other Press Releases:
PR261953en
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Performance Audit: Verifying In...
PR261953