Left arrow Go Back

PASSI LEGALI KONTRA L-ATP

pr0312
Date Icon 01/03/2006

Il-Ministeru u d-Direttur Ġenerali ta’ l-Edukazzjoni ħadu l-ewwel pass legali fil-qorti kontra l-Assoċjazzjoni Trasport Pubbliku wara li illum bi ksur tal-Kuntratt naqsu milli jagħtu servizz tat-trasport lit-tfal li jattendu l-iskejjel ta’ l-Istat.  

Il-protest legali sar kontra l-President u s-Segretarju ta’l-ATP.  Fil-protest, il-Ministru u d-Direttur Ġenerali sostnew li dan l-aġir illegali u irresponsabbli minn naħa ta’ l-ATP  jikser il-ftehim li jeżisti bejn id-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni u l-ATP tat-12 ta’ Ottubru 2005 li jorbot lill-Assoċjazzjoni li “f’każ ta’ xi theddida ta’ sospensjoni tas-servizz tat-trasport ta’ l-istudenti, tkun xi tkun ir-raġuni, il-Kuntrattur għandu jagħti avviż dwar dan lid-Direttur mill-inqas għaxart’ ijiem bil-quddiem. Fin-nuqqas ta’ dan l-avviż kull sospensjoni tas-servizz tat-trasport titqies bħala ksur ta’ dan il-ftehim…”.  

Il-ftehimjistipula li kull sospensjoni tas-servizz tat-trasport mingħajr avviż  titqies bħala każ ta’ ksur ta’ dan il-ftehim u b’hekk il-Kuntrattur ikun obbligat iħallas “penali … li tkun id-doppju tat-tariffa għal kull rotta li ma ssirx”.  Peress li illum ma saret l-ebda rotta mill-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku trid titħallas il-penali li tammonta għal Lm 6900 għal kull ġurnata skolastika sakemm jieqaf dan l-aġir abbużiv u irresponsabbli.
L-azzjonita’ l-ATP li bil-kuntratt hi responsabbli mit-trasport ta’ kważi terz ta’ l-istudenti, laqtet ħażin lit-tfal ta’ numru ta’ skejjel partikolarment dawk fil-livell sekondarju.     Filwaqt    li    l-Ministeru    u   d-Direttur    Ġenerali    ta’    l-Edukazzjoni  jirringrazzjaw lill-għalliema li kważi kollha rrappurtaw għax-xogħol dalgħodu u lill-ġenituri tal-ko-operazzjoni tagħhom biex illum dawk l-istudenti li ma nġabrux mill-karozzi tal-linja ta’ l-ATP xorta waħda ittieħdu l-iskola biex ikunu jistgħu ikomplu bl-edukazzjoni tagħhom, iħeġġeġ lill-ġenituri l-oħra biex jagħmlu l-aħjar arranġamenti possibbli biex jassiguraw li uliedhom jattendu l-iskola.
Bl-azzjonita’ l-ATP, illum kienu affettwati 289 rotta differenti.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Performance Audit: Verifying Income Tax Returns

PR261953en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Performance Audit: Verifying In...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA  Performance Audit: Verifying Income Tax Returns

PR261953

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Performance Audit: Verifyi...

More Press Releases Right arrow