Left arrow Go Back

SILTIET MID-DISKORS TA’ L-ONOR. TONIO BORG, VIĊI PRIM MINISTRU U MINISTRU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN FL-OKKAŻJONI TAL-FTUĦ UFFIĊJALI TA’ GĦASSA TAL-PULIZIJA F’TAL-PIETA’

pr0308
Date Icon 01/03/2006

Huwa ta’ pjaċir tiegħi llum li qed ninawguraw din l-Għassa ta’ Pulizija ġdida, mhux għax proprju qed ninawguraw għassa ġdida għax għases ġodda ftaħna kemm il-waħda. Fil-fatt b’din tal-lum issa hawn 76 għassa.  Illum qed ninawguraw Għassa tal-Pulizija li saret fuq l-inizjattiva tal-Kunsill Lokali.  

Tal-lum huwa xhieda ta’ kif Kunsilli Lokali jistgħu jkunu proattivi u ma jistennewx li l-bajtra taqa’ f’ħalqhom u jistennew li l-Gvern Ċentrali jagħmel kollox hu.  Il-Kunsill ta’ Tal-Pieta’ ħass li kienet meħtieġa għassa tal-pulizija fil-lokalita’ u minflok ma qagħad jistenna l-Gvern Ċentrali, ħa l-inizjattiva u xtara post li nbidel f’għassa, b’xogħol li sar mill-pulizija. Din l-għassa tfisser il-preżenza ta’ l-iStat fil-lokal u ser isservi biex taqdi l-ħtigijiet tar-residenti. 

Il-Kunsill tal-Piet’a għaraf iħaddem tajjeb ukoll id-devoluzzjoni tal-car park ta’ l-isptar San Luqa biex qiegħed jiġġenera flus biex il-Kunsill ikun jista’ jieħu inizjattivi bħal dawn tal-lum.  

Din tal-lum hija prova oħra ta’ kemm il-Kunsilli Lokali evolvew tul l-aħħar tnax il-sena li ilhom mwaqqfa. Fl-1993 kienu responsabbli biss mit-tindif, ġbir ta’ skart u sinjali tat-traffiku. Illum, fost ħafna, għandhom saħansitra r-responsabilta’ ta’ l-infurzar tal-liġijiet fil-lokalita’.  

Gvern immexxi mill-partit li tiegħu jiena membru dejjem emmen fil-Kunsilli Lokali. Biżżejjed wieħed jara kemm żdiedet l-allokazzjoni ta’ fondi li jgħaddi l-Gvern lill-Kunsilli Lokali li din is-sena tlaħħaq kważi Lm11 miljun. Dan barra iktar minn Lm2.5 miljuni oħra li l-Kunsilli qed jiġġeneraw permezz ta’ infurzar tal-liġijiet, investimenti u inizjattivi oħra. Il-Gvern qed jgħin b’mod konkret lill-Kunsilli f’ħafna iktar inizjattivi, fosthom id-devoluzzjoni ta’ proprjeta’ pubblika, il-ħlas ta’ 147 ħaddiema li huma assenjati lill-Kunsilli li jiswew lill-Gvern iktar minn Lm1.3 miljun fis-sena u t-taħrig mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali biex il-Kunsilli jkunu jistgħu japplikaw għal fondi ta’ l-Unjoni Ewropea.  Hu huwa ta’ pjaċir għalija li nara li l-ammont ta’ flus li Kunsilli Lokali ibbenefikaw minnu minn programmi ta’ l-Unjoni Ewropea issa qabeż it-3 miljun lira. Dan kollu qed jgħin fl-iżvilupp ta’ Gvern Lokali f’pajjiżna.   

Ftit tal-gimgħat ilu il-Gvern ħabbar it-twaqqif ta’ Bord tal-Petizzjonijiet li permezz tiegħu kull min ihoss li saret inġustizzja miegħu fl-għoti ta’ xi ċitazzjoni mill-pulizija jew mill-wardens, li bħala bnedmin ukoll jistgħu jiżbaljaw, ikun jista’ jagħmel petizzjoni biex jiffranka li joqgħod imur quddiem it-Tribunal Lokali biex jiddefendi lilu nnifsu.  

Żvilupp ieħor li daħal fis-seħħ dan l-aħħar huwa li issa kull kunsillier huwa personalment responsabbli ta’ xi abbużi li jagħmel minn fondi pubbliċi. Dan biex ikun hemm kontabilita’ minn kull rapprezentant tar-residenti f’kull lokalita’. 

Mill-gdid nifraħ lill-Kunsill Lokali tal-Pieta’ għall-inizjattiva li permezz tagħha r-residenti tal-lokalita’ ser ikollhom għassa li tgħin is-serħan il-moħħ.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Performance Audit: Verifying Income Tax Returns

PR261953en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Performance Audit: Verifying In...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA  Performance Audit: Verifying Income Tax Returns

PR261953

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Performance Audit: Verifyi...

More Press Releases Right arrow