Pass ta’ ġgant li fetaħ berah it-tiftix u t-thaffir għaż-zejt bejn Malta u t-Tuneżija
pr0305
28/02/2006
| “Huwa | ta’ sodisfazzjon kbir għalija personalment u bħala Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin li llum nista’ niġi quddiemkom bi ftehim li jiftaħ beraħ it-tiftix u l-esplojtazzjoni taż-żejt bejn Malta u t-Tuneżija”. |
| Hekk | stqarr il-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin, l-Onor. Michael Frendo waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin dwar il-ftehim li ntlaħaq bejn Malta u t-Tuneżija, dwar it-tiftix u t-thaffir għaż-zejt bejn Malta u t-Tuneżija. |
| Il-Ministru | Frendo qal li l-ftehim milħuq il-bieraħ mat-Tuneżija huwa “żbokk u pass ta’ ġgant fi kwistjoni li kienet ilha pendenti għal 35 sena”. |
| “Dan | hu ftehim storiku, espressjoni ta’ sħubija strateġika bejn żewġ Stati u żewġ Popli. Seta’ jintlaħaq biss minħabba r-relazzjoni b’saħħitha u ta’ fiduċja li l-mexxejja taż-żewġ pajjiżi għandhom bejniethom”, spjega l-Ministru Michael Frendo . |
| Fil-konferenza | ta’ l-aħbarijiet, il-Ministru Frendo tkellem ukoll dwar il-laqgħa ta’ tmenin minuta li kellu nhar il-Ġimgħa mal-President tat-Tuneżija, Zine El Abidine Ben Ali fil-Palazz Presidenzjali f’Kartaġni. “Kienet laqgħa kruċjali u intensiva fejn sar qbil fuq il-prinċipju” qal il-Ministru Frendo, u kompla jgħid li b’riżultat ta’ din il-laqgħa, matul tmiem il-ġimgħa komplew negozjati ntensivi li wasslu għall-iffirmar tal-ftehim nhar it-Tnejn filgħodu fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin f’Tuneż. |
| Minħabba | dawn in-negozjati ntensivi, il-Ministru Frendo ma setax jipparteċipa fil-Kunsill tal-Ministri ta’ l-Affarijiet Barranin ta’ l-Unjoni Ewropea li kien qed jiltaqa’ fi Brussel. |
| Il-Ministru | Frendo iddeskriva l-laqgħa ta’ nhar il-Ġimgħa mal-President Ben Ali bħala “laqgħa li tixhed l-impenn u l-ħbiberija personali tal-President Tuneżin” fir-relazzjonijiet eċċellenti bejn Malta u t-Tuneżija. |
| Il-ftehim | jgħid li ż-żewġ pajjiżi jridu jaħtru l-grupp ta’ esperti fi żmien 15-il ġurnata. L-esperti mbagħad iridu jippreżentaw il-konklużjonijiet tagħhom lill-Ministri ta’ l-Affarijiet Barranin rispettivi tagħhom fi żmien 3 xhur. |
| “F’każ | li ma jintlaħaqx ftehim bejn l-esperti, id-diskussjonijiet jerġgħu jittieħdu f’livell politiku bejn il-Ministri ta’ l-Affarijiet Barranin” qal il-Ministru Frendo. |
Other Press Releases:
PR261953en
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Performance Audit: Verifying In...
PR261953