Left arrow Go Back

JOURNEYMAN’S CERIFICATE GĦAL 311 APPRENDIST

PR1152
Date Icon 12/07/2004

Aktar minn tliet mitt (311) apprendist ingħataw il-Journeyman’s Certificate waqt ċerimonja organizzata mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ (KXT/ETC).  Minn dawn 159 segwew l-iskema ta’ l-ESTS – Extended Skill Training Scheme u 152 huma mill-iskema tat-TAS – Technician Apprenticeship Scheme.  Għalkemm il-parti l-kbira (274) ta’ l-apprendisti kienu irġiel, kien hemm ukoll 37 mara li segwew waħda mill-iskemi (33-ESTS, 4-TAS).

L-iskemi t’apprendistat huma parti effettiva mill-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u jaħdmu fuq sistema fejn l-istudent isegwi kors f’istituzzjoni edukattiva bħal ma hi l-MCAST u għal numru ta’ ġranet fil-ġimgħa jkollu taħriġ fuq il-post tax-xogħol fis-settur produttiv.  F’kull apprendistat l-istudent, min iħaddem u l-KXT jidħlu f’kuntratt biex id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet ta’ kull parti jkunu ċari u jitwettqu tul iż-żmien ta’ l-apprendistat.  

Dawn huma l-oqsma li fihom ikkwalifikaw l-apprendisti :  

Kors

Irgiel

Nisa

Total

Computer aided engineering                                                                                   

4

0

4

Draughtsmen (civil)                                                                        

13

1

14

Draughtsmen (mechanical)

3

0

3

Electrical and Electronics

11

0

11

Electrical installers

3

0

3

Electronic servicing fitters

6

0

6

Food & beverage preparation and production

34

3

37

Food & beverage prep. & prod & servicing

5

1

6

Food and beverage servicing

5

1

6

Graphic designers

4

3

7

Hairdressers

0

21

21

Heritage craftsmen

1

2

3

Industrial design technicians

4

2

6

Industrial electronics technicians

30

1

31

Information technology technicians

25

0

25

Mech. & electrical eng. tech. (manufacturing)

4

0

4

Mech. & electrical eng. tech. (mechatronics)

6

0

6

Mech. & electrical. eng. tech. (plant)

1

0

1

Mechanical engineering tech.

2

0

2

Mechanical fitters

12

0

12

Motor vehicle mechanics

20

0

20

Motor vehicle technicians

13

0

13

Plumber

1

0

1

Printers

11

1

12

Refrigeration & airconditioning technicians

19

0

19

Stained glass manufacturer

0

1

1

Stone carvers

4

0

4

Stone dresser & mason

1

0

1

Telecommunications technicians

13

0

13

Vehicle body repairers

5

0

5

Welder

1

0

1

Wood carvers

3

0

3

Woodworkers

10

0

10

 Louis Galea qal li għalkemm l-iskemi ta’ apprendistat qdew sew lil pajjiżna għal ħafna żmien, hemm bżonn li issa l-iskemi jiġu riveduti biex tinħoloq sistema ġdida li tirrikonoxxi aħjar l-iżviluppi li seħħew fit-taħriġ u fil-postijiet tax-xogħol f’dawn l-aħħar snin kif ukoll il-bżonnijiet ta’ l-industriji u l-istudenti Maltin illum.  Fil-fatt l-iskema tal-apprendistat li nħaddmu illum kienet tfasslet ħamsin sena ilu.   

Il-Ministru ħabbar li din hi waħda mill-proposti li hemm fil-Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali dwar l-Impjiegi li se jkun diskuss ukoll fl-MCESD u l-Parlament.  Huwa qal li l-apprendistat hu mudell tajjeb ħafna li jorbot flimkien it-tagħlim tekniku mat-taħriġ fid-dinja tax-xogħol.  Sostna wkoll li l-apprendist jikseb ħiliet minn fuq il-bank tax-xogħol li ma jinkisbux minn fuq il-bank ta’ l-iskola.  Is-sistema edukattiv u l-industrija jeħtieġ li jaħdmu ħafna aktar flimkien, kif diġa’ qed jiġri fl-MCAST, għall-ġid ta’ l-industrija imma wkoll tal-pajjiż in ġenerali.  

Il-Ministru Louis Galea awgura lill-apprendisti kull suċċess hekk kif issa jibdew ix-xogħol tagħhom partikolarment lil dawk li se jibdew xogħol għal rashom jew jiftħu xi kumpanija tagħhom għaliex filwaqt li l-isfidi għalihom huma kbar, is-suċċessi jistgħu ikunu bil-wisq akbar u huma dawn il-kumpaniji ż-żgħar li jmexxu l-ekonomija ta’ pajjiżna.  Hu temm jgħid li hekk kif żgur fehmu l-bżonn u l-utilita’ tar-rabta bejn it-tagħlim u t-taħriġ fuq il-post tax-xogħol, l-apprendisti għandhom jifhmu l-bżonn li jżommu ruħhom aġġornati billi dejjem ikomplu jitħarrġu u jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom biex jibqgħu rilevanti u kompettitivi fis-swieq lokali u internazzjonali.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Żjara fuq il-lant ta’ proġett ta’ 55 unit residenzjali ġdid f’Ħaż-Żebbuġ għal familji vulnerabbli

PR261940

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara fuq il-la...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

More Press Releases Right arrow