Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-GVERN DWAR IL-PRIVATIZZAZZJONI TAD-DIPARTIMENT TAL-LOTTU

PR1144
Date Icon 08/07/2004

Il-Prim Ministru jiċħad bil-qawwa kollha rapport li deher illum fuq il-media tal-Partit Laburista dwar laqgħa li allegatament saret bejnu u bejn il-Lotto Recievers Union . Dan ifisser li qatt ma seta sar xi diskors fis-sens li ġie rappurtat fuq il-media Laburista.  

Għal kuntrarju, l-Prim Ministru jiddikjara li baqa’ jiġi aġġornat bl-iżviluppi kollha dwar din il-privatizzazzjoni mill-ex Ministru John Dalli.  

Huwa għaldaqstant deplorabbli li l-mezzi tax-xandir tal-Partit Laburista jirrikorru għal gideb bl-iskop li jħawwdu l-imħuħ tal-poplu. L-invenzjoni ta’ din l-istorja fittizja ma għandha ebda skop ħlief li tagħmel ħsara lill-pajjiż f’mument fejn qed isseħħ parti mill-programm ta’ privatizzazzjoni li huwa ta’ importanza kbira għall-pajjiż.  

Din hi konferma oħra li l-Partit Laburista għadu ma jridx ibiddel l-istil ta’ politika li għandu u flok ifittex kif jikkontribwixxi għall-gid tal-pajjiż, jara kif jista jagħmel l-akbar ħsara lil pajjiż.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Żjara fuq il-lant ta’ proġett ta’ 55 unit residenzjali ġdid f’Ħaż-Żebbuġ għal familji vulnerabbli

PR261940

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara fuq il-la...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

More Press Releases Right arrow