Left arrow Go Back

KUNDANNA TAD-DIVIŻJONI TAS-SAĦĦA GĦALL-ATTAKK FUQ STAFF MEDIKU FID-DIPARTIMENT TA’ L-EMERĠENZA

PR1143
Date Icon 08/07/2004

Id-Diviżjoni tas-Saħħa tikkundana bla riserva u bl-aktar mod qawwi l-attakk fiżiku u vjolenti li sar fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu fuq staff mediku tad-Dipartiment ta’ l-Emergenza ta’ l-iSptar San Luqa. Id-Diviżjoni tas-Saħħa min dejjem kienet konxja mill-importanza u mis-sensittivita’ tas-sigurta’ ta’ l-istaff ta’ dan id-dipartiment.  Għalhekk ħasbet biex b’arranġament ma’ l-Awtoritajiet tal-Pulizija, tassigura preżenza kontinwa ta’ uffiċjali tal-Pulizija f’dan id-Dipartiment.  Fl-istess waqt ħasbet għal preżenza sostanżjali ta’ security guards tad-Diviżjoni biex joffru l-protezzjoni meħtieġa.

Id-Diviżjoni ser tara li jittieħdu passi kontra min kien responsabbli li joffri din il-protezzjoni u naqqas milli jagħmel dan matul il-lejl li għadda.  Fil-waqt illi tirringrazzja l-istaff tad-Dipartiment ta’ l-Emerġenza għal ħidma fejjieda tagħhom minkejja dawn iċ-ċirkustanzi, id-Diviżjoni tisħaqq li mhix ser tittollera lil  min hu responsabbli ghal dan it-tip ta’ attakki vjolenti.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Żjara fuq il-lant ta’ proġett ta’ 55 unit residenzjali ġdid f’Ħaż-Żebbuġ għal familji vulnerabbli

PR261940

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara fuq il-la...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

More Press Releases Right arrow