Left arrow Go Back

RISPOSTA TAD-DIVIZJONI TAS-SAHHA GHALL-ISTQARRIJA TA’ L-MUMN DWAR SPEZZJONIJIET FIC-CENTRI TAS-SAHHA

PR1142
Date Icon 08/07/2004

B'riferenza għall-istqarrija maħruġa mill-MUMN dwar direttivi mogħtija lin-nurses li jaħdmu fic-Centri tas-Saħħa, id-Diviżjoni tas-Saħħa tinsab sorpriża bl-atteġġjament meħud mill-MUMN dwar spezzjonijiet li saru fic-Centri tas-Saħħa minn ufficjali tas-sigurta fi ħdan l-istess Diviżjoni.  Id-Diviżjoni ssostni li minkejja li hemm strutturi amministrattivi biex tinżamm id-dixxiplina, hija għandha dritt li tagħmel spezzjonijiet għall-għarrieda biex tiżgura li ħaddiema, huma min huma, jkunu fuq il-postijiet tax-xogħol kif suppost.  Dawn l-ispezzjonijiet isiru f'diversi postijiet tax-xogħol u jkopru diversi kategoriji ta' ħaddiema u mhumiex intiżi biex specifikament jiccekkjaw nurses kif stqarret l-MUMN.

Filwaqt li d-Diviżjoni tas-Saħħa tapprezza l-heġġa tal-MUMN biex ittejjeb is-servizzi tal-Kura Primarja, ma tistax tifhem kif l-MUMN ser tilħaq dan permezz tad-direttivi mogħtija.  Żgur li billi tagħlaq il-bieb ta' Centru tas-Saħħa mhux ser ittejjeb is-servizz mogħti f'dan ic-centru.  

Id-Diviżjoni tas-Saħħa tappella lill-MUMN biex terġa’ tikkunsidra il-pozizzjoni tagħha u taccetta li n-nurses, bħall kull kategorija oħra ta' ħaddiema, għandhom ikunu soġġetti għall-miżuri ta' verifika li tħoss li għandha tniedi d-Diviżjoni.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Żjara fuq il-lant ta’ proġett ta’ 55 unit residenzjali ġdid f’Ħaż-Żebbuġ għal familji vulnerabbli

PR261940

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara fuq il-la...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

More Press Releases Right arrow