IL-KAZ TAL-VAPUR ‘CAP ANAMUR’
B’referenza għal dikjarazzjonijiet pubbliċi li saru barra minn Malta , dwar il-każ tal-vapur b’reġistrazzjoni Ġermaniża: ‘Cap Anamur’, il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern jippreċiża illi:
a) Dan il-vapur f’ebda mument qatt ma talab l-assistenza ta’ l-Awtoritajiet Maltin, jew informahom illi kien hemm xi klandestini fuq l-istess vapur, jew li kien salva xi nies minn fuq il-baħar.
b) Ghalkemm il-vapur f’xi żmien daħal Malta , għal xi tiswijiet fit-Tarzna, fl-ebda ħin ma nforma lill-Awtoritajiet Maltin b’xi ħaġa irregolari abbord u m’hemm ebda prova li kellu xi klandestini abbord.
c) Jekk, għalkemm dan mhux aċċertat, u kif qed jinghad f’xi ġurnali barranin, dawn il-klandestini nġabru ħdejn il-kosta tal-Libja, in-norma internazzjonali hi, li l-Kaptan kellu dmir li jeħodhom f’xi port fil-Libja.
d) Ma jistax ikun li jiem wara li dan il-vapur għabba dawn il-klandestini, mingħajr ma’ informa lill-Awtoritajiet Maltin b’xejn, issa li l-vapur hu barra l-kosta ta’ Sqallija, xi ħadd jippretendi – bil-fatti nebulużi li għandna s’issa, - li hija r-responsabbilta’ ta’ Malta li tiehu ħsieb il-każ ta’ dawn il-persuni.
e) M’hemm ebda prova dwar minn fejn dawn il-klandestini ttellgħu abbord il-vapur in kwestjoni. Irriżulta biss li dawn il-klandestini kienu żgur fuq dal-vapur meta avviċinaw il-kosta ta’ Sqallija.
Other Press Releases:
PR261940
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara fuq il-la...
PR261939