DISA’ PERSUNI JIRBĦU GO MOBILE PACK
Waqt li kien qed iżur il-Padiljun ta’ Malta fil-Fiera Internazzjonali, il-Prim Ministru l-Onor. Lawrence Gonzi, ippreżenta rigal lil ħamsa mid-disa’ rebbieħa tal-Kompetizzjoni li qed tiġi organizzata kuljum fil-Padiljun. Ir-rebbieħa rċevew Go Mobile Pack kull wieħed. Għall-preżentazzjoni kienu preżenti wkoll is-Sur Albert Gouder, Marketing Manager tal-Go Mobile, flimkien ma’ uffiċjali mid-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni.
Id-disa’ rebbieħa huma Michael Bonavia (Naxxar), Raymond Sciberras (Mosta), Francis Cauchi (B’Kara), Rose Grixti (Sliema), Josephine Debattista (Mosta), Nicholas Mifsud (San Gwann), Paul Cauchi (Naxxar), Vincent Briffa (Attard) u Romina Spagnol (Mosta).
S’issa, mill-ftuħ tal-Fiera ’hawn, madwar 7,000 persuna pparteċipaw fil-Kompetizzjoni. Il-Kompetizzjoni, li wieħed jista’ jipparteċipa fiha billi jimla’ kwestjonarju, ser tibqa’ tiġi organizzata kuljum sat-tmiem tal-Fiera u r-rebbieħa tal-kompetizzjoni li fadal, jibgħu jingħataw Go Mobile Pack.
Other Press Releases:
PR261940
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara fuq il-la...
PR261939