Left arrow Go Back

IL-ĦOLQIEN TAX-XOGĦOL GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

PR1115
Date Icon 05/07/2004

Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi fetaħ il-konferenza organizzata mill-Gozo Association for the Deaf.  Il-konferenza hi parti minn proġett taħt il-programm Grundtvig 2 ta’ l-UE li fiħ l-iskola Helen Keller u l-Assoċjazzjoni ippartecipaw tul l-aħħar sena.  Fil-konferenza ppartecipaw ukoll Andrew Broughton mill-Ingilterra u Asa Andersonn mill-iSvezja, koordintauri tal-programm Gruntvig 2 f’pajjiżhom. Il-konferenza ffokat fuq l-analiżi ta’ kwestjonarju li sar fit-tliet pajjiżi dwar il-kwalita` ta’ l-appoġġ mogħti mill-għalliema lil studenti żgħażagħ neqsin mis-smigħ.

L-iskop ewlieni tal-proġett hu li jagħti gwida u pariri lill-ġenituri ta’ tfal neqsin mis-smigħ.  Il-proġett joffri l-opportunita’ lill-ġenituri jgħidu x’inhuma l-bżonnijiet tagħhom u kif dawn jistgħu jiġu sodisfatti mill-organizzazzjonijiet ta’ appoġġ.  Il-proġett hu maħsub ukoll biex joħloq rabtiet bejn organizzazzjonijiet li joffru servizzi ta’ appoġġ madwar l-Ewropa u permezz ta’ dawn ir-rabtiet isir żvilupp u taħriġ tal-professjonisti li jgħinu lill-ġenituri u lit-tfal tagħhom.  

Il-proġett kien jinvolvi kwestjonarju li ntbgħat lill-ġenituri f’Malta, l-Ingilterra ( Shropshire ), u l-Isvezja ( Orebro ) li għandhom tfal bi problemi ta’ smigħ fl-eta’ ta’ bejn 15 u 25 sena.  Wara analiżi tar-riżultati ta’ dan il-kwestjonarju, rappreżentanti minn kull pajjiż żar l-organizzazzjonijiet l-oħrajn fil-pajjiżi li kienu qed jipparteċipaw f’dan il-proġett bl-iskop li l-ewwelnett jitjiebu r-relazzjonijiet bejn dawn l-organizzazzjonijiet u t-tieni biex il-pajjiżi jitgħallmu minn xulxin.  Il-Konferenza f’Malta hi maħsuba li tevalwa r-riżultati li nkisbu fit-tliet pajjiżi u biex jinħoloq pjan ta’ azzjoni biex il-proġett ikompli jiżviluppa.  

Fid-diskors tiegħu, il-Ministru Louis Galea qal li filwaqt li l-iskola Helen Keller li tipprovdi programm speċjali edukattiv għal 28 student, għandna ukoll 80 student bi problemi ta’ smigħ fl-iskejjel normali. Hu qal li d-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni wettqet diversi miżuri u strutturi fosthom l-istatementing board, arranġamenti speċjali għall-eżamijiet, tagħlim id-dar għal min ikollu bżonn, tagħlim tal-qari tax-xuftejn (lip-reading) u tagħlim tal-lingwa tas-sinjali bil-Malti.  Il-Ministru Galea ħabbar ukoll li d-Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni flimkien ma’ dik tas-Saħħa ser jintroduċu servizz ta’ awdjologu edukattiv (educational audiologist) biex jaħdem ma’ l-istudenti neqsin mis-smigħ.  

Louis Galea qal li kull-tifel u tifla għandhom il-metodu tagħhom kif jitgħallmu u dan hu aktar evidenti fost l-istudenti bi problemi ta’ smigħ.  Hu qal li rridu niżguraw li kull tifel ikollu aċċess għall-kurrikulu u dan jista’ jseħħ biss jekk nipprovdu edukazzjoni ta’ kwalita` li tindirizza l-bżonnijiet partikolari ta’ l-istudent ikunu xi ikunu.

Minister’s speech follows


Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Żjara fuq il-lant ta’ proġett ta’ 55 unit residenzjali ġdid f’Ħaż-Żebbuġ għal familji vulnerabbli

PR261940

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara fuq il-la...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

More Press Releases Right arrow