l-PRIM MINISTRU JIPPARTEĊIPA FIL-KUNSILL TAL-MINISTRI TA’ L-AFFARIJIET EKONOMIĊI U L-FINANZI TA’ L-UNJONI EWROPEA
PR1111
05/07/2004
Il-Prim Ministru, l-Onor Lawrence Gonzi, il-bieraħ filgħaxija ħalla Malta għal Brussel fejn se jipparteċipa fil-Kunsill tal-Ministri ta’ l-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi ta’ l-Unjoni Ewropea.
Il-Prim Ministru huwa akkumpanjat mis-Segretarju Parlamentari għall-Finanzi, Tonio Fenech, ir-Rapprezentant Permanenti għal Malta fl-Unjoni Ewropea, Richard Cachia Caruana, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi, Paul Zahra, u l-Kap tas-Segretarjat tal-Prim Ministru, Edgar Galea Curmi.
Il-Prim Ministru huwa mistenni lura Malta llum it-Tnejn, 5 ta’ Lulju.
Other Press Releases:
PR261940
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara fuq il-la...
PR261939