Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Paola

PR262034
Date Icon 27/11/2026

Żewġ proġetti ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Paola flimkien se jwasslu għall-provvista ta’ għaxar appartamenti ġodda, żviluppati minn Housing Projects Solutions Ltd (HPS), bħala parti mill-ħidma biex ikompli jiżdied l-istock ta’ akkomodazzjoni soċjali.

 

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet Owen Bonnici żar ix-xogħlijiet fejn sostna li, “Permezz ta’ proġetti bħal dawn qed inkomplu ninvestu b’mod konkret biex inżidu l-istock ta’ akkomodazzjoni soċjali u nagħtu aktar opportunitajiet lil dawk li ġenwinament għandhom bżonn akkomodazzjoni soċjali diċenti.”

 

“Kull appartament ġdid ifisser aktar spazju biex l-Awtorità tad-Djar tkun tista’ tgħin persuni u familji li qed jistennew soluzzjoni għall-ħtiġijiet tagħhom. Din hija ħidma kontinwa li qed twassal għal aktar investiment u fuq kollox aktar soluzzjonijiet fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali,” temm jgħid il-Ministru Bonnici.

 

Il-proġetti, li jinsabu fi Triq ix-Xewk, kantuniera ma’ Triq Carmelo Robinich, u fi Triq Imbroll, Tax-Xewk, Paola, se jwasslu għall-kostruzzjoni ta’ għaxar appartamenti residenzjali ġodda, li se jingħaddu mal-istokk ta’ akkomodazzjoni soċjali li l-Awtorità tad-Djar tista’ talloka lil dawk li għandhom bżonn.

 

Il-proġett f’Triq ix-Xewk se jinkludi ħames appartamenti, wieħed fuq kull sular, fejn kull unit se tkun magħmula minn kamra tas-sodda waħda. Ix-xogħol fuq dan il-proġett bħalissa jinsab fil-fażi tat-tħaffir, li mistenni jitlesta sal-ġimgħa d-dieħla, biex wara jibdew immedjatament ix-xogħlijiet tal-kostruzzjoni. Il-proġett mistenni jitlesta sa nofs Lulju 2027, b’investiment ta’ €440,000.

 

It-tieni proġett, magħruf bħala Paola A Project, jinsab fi Triq Imbroll, Tax-Xewk, Paola, u se jinkludi wkoll ħames appartamenti, wieħed fuq kull sular. Ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni fuq dan il-proġett għaddejjin, u bħalissa laħqu t-tielet sular. Ix-xogħlijiet mistennija jitlestew sal-aħħar ta’ Jannar 2027, biex il-proġett ikun jista’ jgħaddi għall-fażijiet sussegwenti. Il-kuntratt għax-xogħlijiet ċivili jammonta għal €260,000 filwaqt li x-xogħlijiet ta’ finitura u installazzjonijiet mekkaniċi u elettriċi għandhom valur stmat ta’ €203,000.

 

Preżenti għal din iż-żjara kien hemm, il-Kap Eżekuttiv tal-Housing Project Solutions Thomas Tanti u ċ-Chairman tal-Awtorità tad-Djar Robert Ducker.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  10 appartamenti ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Paola
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  10 appartamenti ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Paola
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  10 appartamenti ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Paola
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  10 appartamenti ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Paola
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

Aktar Stqarrijiet Right arrow