Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR L-effiċjenza enerġetika fil-binjiet diskussa f’laqgħat ministerjali fil-Latvja

pr230442
Date Icon 24/03/2023

Waqt iż-żjara statali tal-President George Vella fil-Latvja, il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi kellu taħditiet bilaterali mal-Ministru tal-Ekonomija Ilze Indriksone.

F’dawn it-taħditiet, tkellmu dwar ix-xogħol li qed tagħmel il-Latvja fl-isforzi tagħha biex tnaqqas l-użu tal-enerġija u ssir il-bidla għal binjiet ġodda li jaħdmu b’effiċjenza enerġetika u anke bidliet f’binjiet eżistenti. Dan qed isir bl-għan ewlieni li jintlaħqu l-miri tal-Unjoni Ewropea dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju. Kien għalhekk li ż-żewġ naħat iddiskutew kif jistgħu jikkoperaw fuq livell tekniku dwar it-tfassil ta’ regolamenti li jinċentivaw lil dawk involuti biex jiddisinjaw binjiet li jaħdmu bl-aħjar effiċjenza fl-użu tal-enerġija. Fil-fatt, se jinbdew kuntatti mal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni għal aktar kooperazzjoni bejn nies tekniċi miż-żewġ naħat.

Il-Ministru Zrinzo Azzopardi ddiskuta temi dwar l-effiċjenza enerġetika mal-Ministru tal-Klima u l-Enerġija Raimonds Cudars u pparteċipa fit-taħditiet li kellu l-President Vella mal-prim ministru u mal-ministru tal-affarijiet barranin tal-Latvja.

Min-naħa tiegħu, il-ministru spjega li f’Malta għaddejjin konsultazzjonijiet biex tissaħħaħ ir-regolamentazzjoni tas-settur tal-kostruzzjoni. 

Tenna li r-regolamentazzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-bidla lejn effiċjenza enerġetika fil-bini għandha tirrispetta r-realtajiet differenti tal-istati membri.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR L-effiċjenza enerġetika fil-binjiet diskussa f’laqgħat ministerjali fil-Latvja
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR L-effiċjenza enerġetika fil-binjiet diskussa f’laqgħat ministerjali fil-Latvja
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Żjara fuq il-lant ta’ proġett ta’ 55 unit residenzjali ġdid f’Ħaż-Żebbuġ għal familji vulnerabbli

PR261940

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara fuq il-la...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

Aktar Stqarrijiet Right arrow