Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Tiżdied bi €13-il miljun in-nefqa soċjali fl-ewwel xahrejn tas-sena

pr230441
Date Icon 23/03/2023

Fl-ewwel xahrejn ta' din is-sena, il-gvern investa mal-€200 miljun f'benefiċċji soċjali, bil-maġġoranza ġew investiti f'benefiċċji kontributorji.

Dawn il-pagamenti jinkludu l-pensjonijiet, fejn fost oħrajn mal-95,000 pensjonant irċevew il-pagament b'rati miżjuda, li jammontaw għal żieda ta' €50 kull erba' ġimgħat, meta mqabbel mas-sena l-oħra.  

Mat-€38.5 miljun marru f'benefiċċji non-kontributorji. B'hekk b'kollox fl-ewwel xahrejn tal-2023, żdiedet b'aktar minn €13-il miljun in-nefqa f'benefiċċji soċjali, meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra.

B'dan ifisser li l-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, fl-ewwel sena tal-leġiżlatura, se jkun beda jwettaq il-miżuri soċjali kollha. Fil-fatt se jkunu twettqu 20 minn 22 miżura soċjali. Miżuri li l-għan tagħhom huwa li jtejbu l-livell ta' għajxien u l-benesseri ta' kull individwu.

Dawn id-dettalji tħabbru mill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon waqt konferenza tal-aħbarijiet, li matulha ngħata rendikont tal-miżuri soċjali implimentati.

Is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru, Mark Musù  tkellem dwar il-miżuri li ġew implimentati u li komplew jagħtu stimolu sabiex tissaħħaħ l-parteċipazzjoni tan-nies fid-dinja tax-xogħol.

Stqarr li filwaqt li kienet implimentata l-miżura tat-taperingsabiex aktar nies li daħlu fid-dinja tax-xogħol, dawn il-persuni qegħdin jibqgħu jirċievu gradwalment il-benefiċċju tat-tapering għall-ewwel tliet snin. Fil-fatt se jibqgħu jirċievu 10% aktar tal-benefiċċju fit-tliet snin imsemmija. B'hekk fl-ewwel sena tax-xogħol persuna tibqa' tirċievi 75% tal-benefiċċju, fit-tieni sena 55% u fit-tielet sena 35%.

Is-segretarju permanenti qal ukoll li l-familji kienu minn tal-bidu li bdew jirċievu pagamenti mwegħda lilhom, hekk kif diġà ngħataw żieda fl-allowance tat-tfal b'€90 għal kull wild. B'din hija parti mill-wegħda tal-gvern, li nkunu żidna gradwalment dan l-allowance b'€450 tul il-leġiżlatura kollha.

“Qegħdin hawn għal kulħadd, dejjem għarafna x'inhuma l-prijoritajiet għas-soċjeta' tagħna. Nirrikonoxxu li tagħmel kemm tagħmel, dejjem jifdal dawk il-faxex li jkun jonqoshom imbuttatura 'l quddiem. Kommessi li nsarrfu l-fiduċja li sliftuna f'aktar xogħol, ġid, investiment u opportunitajiet ġodda. Għalhekk se nkomplu nwettqu flimkien, u niksbu ħafna aktar milli diġà rnexxielna niksbu," temm jgħid il-Ministru Michael Falzon.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Tiżdied bi €13-il miljun in-nefqa soċjali fl-ewwel xahrejn tas-sena
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Tiżdied bi €13-il miljun in-nefqa soċjali fl-ewwel xahrejn tas-sena
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Żjara fuq il-lant ta’ proġett ta’ 55 unit residenzjali ġdid f’Ħaż-Żebbuġ għal familji vulnerabbli

PR261940

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara fuq il-la...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

More Press Releases Right arrow