Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Il-Parlament jospita s-sessjoni finali tal-Young Parliamentarians 2022/23

pr230440
Date Icon 23/03/2023

Il-Parlament laqa' għall-ewwel darba l-fażi finali tal-attività Young Parliamentarians #Ejjewniddibattu, programm immexxi mill-Aġenzija Żgħażagħ bl‑għan li jagħti ċans liż‑żgħażagħ jagħmlu esperjenza hands-on tas‑sistema demokratika u leġiżlattiva ta' pajjiżna. Fl-edizzjoni ta' din is-sena kien hemm mal-200 żagħżugħ u żagħżugħa minn 22 skola li ngħataw taħriġ mill-Aġenzija Żgħażagħ sabiex ikunu ppreparati biex jitħaddtu u jiddiskutu fil-pubbliku, jippreżentaw l-ideat tagħhom, jiktbu r-rakkomandazzjonijiet, jiddibattu u jirribattu.

Is-sessjoni finali nżammet fis-Sala tal-Parlament u kienet immexxija mill-Ispeaker Anġlu Farrugia. F'diskors qasir l-Ispeaker irrimarka li programmi bħal Young Parliamentarians jgħinu sabiex iż-żgħażagħ ikollhom edukazzjoni aktar wiesgħa li ser isibu utli 'l quddiem f'ħajjithom, tkun xi tkun it-triq li huma jaqbdu. Huwa qal ukoll li bħala attività extra-kurrikulari, il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ tirrikjedi impenn kbir mill-parteċipanti, iżda dan ser jgħinhom jakkwistaw il-ħiliet li se jkollkom bżonn għall‑futur tagħhom.

L-Ispeaker Anġlu Farrugia mexxa s-sessjoni finali ta' din l-attività fejn iż-żewġ skejjel li għaddew għall-finali disskutew il-mozzjoni “Il-Kamra tirrakkomanda li dawk iż-żgħażagħ li huma eliġibbli biex jivvutaw għall-ewwel darba f'elezzjoni jridu jattendu b'mod obbligatorju għal taħriġ li jippreparahom bħala votanti", fejn l-Iskola Sekondarja, Kulleġġ Santa Margerita, Verdala, kellha targumenta favur il-mozzjoni, filwaqt li l-Iskola Sekondarja, Kulleġġ Santa Tereża, kellha targumenta kontra l-mozzjoni.

Fi tmiem l-attività ġew ippreżentati ċertifikati lill‑iskejjel li waslu sas‑semi‑finali, trofew lill‑aħjar żewġ kelliema, ċertifikati lir‑runners up, u trofew u ċertifikati lir-rebbieħa.

Il-Ministru għall‑Edukazzjoni, l‑Isport, iż‑Żgħażagħ, ir‑Riċerka u l‑Innovazzjoni Clifton Grima, is-Segretarju Parlamentari għaż‑Żgħażagħ, ir‑Riċerka u l‑Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti, il-Kelliema tal‑Oppożizzjoni għaż‑Żgħażagħ Bernice Bonello, u l-Kelliem tal‑Oppożizzjoni għall‑Edukazzjoni Justin Schembri, indirizzaw ukoll din is-sessjoni finali.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Il-Parlament jospita s-sessjoni finali tal-Young Parliamentarians 2022/23
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Il-Parlament jospita s-sessjoni finali tal-Young Parliamentarians 2022/23
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Il-Parlament jospita s-sessjoni finali tal-Young Parliamentarians 2022/23
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Il-Parlament jospita s-sessjoni finali tal-Young Parliamentarians 2022/23
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Il-Parlament jospita s-sessjoni finali tal-Young Parliamentarians 2022/23
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Żjara fuq il-lant ta’ proġett ta’ 55 unit residenzjali ġdid f’Ħaż-Żebbuġ għal familji vulnerabbli

PR261940

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara fuq il-la...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

Aktar Stqarrijiet Right arrow