STQARRIJA MILL-MINISTRU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Inwettqu Flimkien: Aktar inċentivi finanzjarji għal trasport aktar nadif, intelliġenti u sostenibbli
Transport Malta ħarġet tmien skemi ġodda fil-forma ta' għotjiet finanzjarji biex jiġi nkoraġġit l-użu ta' trasport aktar nadif u sostenibbli kif ukoll trasport alternattiv. Dawn jingħaqdu ma' skemi oħra mħabbra iktar kmieni din il-ġimgħa.
Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia spjega li din is-sena, total ta' madwar €26 miljun f'għotjiet finanzjarji se jkunu disponibbli għall-pubbliku, li jinkludi l-iskema minn fondi Ewropej imħabbra aktar kmieni din il-ġimgħa. B'hekk, dan huwa l-akbar pakkett ta' inċentivi finanzjarji għat-trasport ta' dan it-tip.
“L-għan ta' dan l-investiment huwa li jinstiga bidla usa' lejn il-mobilità iktar effiċjenti u biex jitnaqqsu l-emissjonijiet mis-settur tat-trasport fit-toroq Maltin, billi jippromwovi l-użu ta' vetturi alternattivi, iżgħar, u elettriċi fis-settur privat u fis-settur kummerċjali. Dawn l-għotjiet huma turija ta' impenn biex inkomplu nagħmlu d-differenza biex nilħqu l-għan ewlieni tagħna li naħdmu b'diliġenza fuq is-suġġett tat-trasport alternattiv," qal il-Ministru Farrugia.
Transport Malta għal darb'oħra qed toffri aktar inċentivi finanzjarji lis-sewwieqa Maltin sabiex jagħmlu użu minn mezzi ta' trasport aktar sostenibbli u effiċjenti, u tħeġġeġ lis-sidien tal-vetturi biex jixtru vetturi ġodda, b'emissjonijiet baxxi u li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, jew jikkonvertu l-vettura attwali tagħhom għal vettura aktar nadifa.
Dawn l-inċentivi jinkludu:
- Xiri ta' vetturi elettriċi plug-in ġodda u użati, u vetturi elettriċi użati;
- Xiri ta' vetturi ġodda ta' Kategorija L li jaħdmu bil-petrol inklużi muturi;
- Retrofitting ta' sistemi dual fuel fuq vetturi heavy-duty b'magni diżil, u skema biex jiġu inċentivati aktar vetturi li jaħdmu bil-gass;
- Xiri ta' vetturi aċċessibbli bis-siġġu tar-roti biex jintużaw għat-trasport ta' passiġġieri għall-kiri jew profitt;
- Installazzjoni ta' pannelli fotovoltajiċi f'vetturi għall-ġarr tal-passiġġieri;
- Retrofitting ta' vetturi b'teknoloġija DPF u SCR;
- Repowering ta' vetturi bi drive train elettriku.
L-għotjiet se japplikaw retroattivament mill-1 ta' Jannar 2023; aċċessibbli fuq www.transport.gov.mt sal-31 ta' Diċembru 2023.
Chief Officer Land Transport fi ħdan Transport Malta Pierre Montebello qal li bħala regolatur tat-trasport f'pajjiżna, Transport Malta tinsab kommessa li toffri aktar opportunitajiet sabiex ikollna trasport aħjar u aktar ambjentalment sostenibbli. “Huwa proprju għalhekk li nedejna dawn l-iskemi flimkien ma' inizjattivi oħra, inkluż dawk ta' trasport pubbliku b'xejn, biex Transport Malta tkompli tassigura li jkollna trasport aktar nadif, effiċjenti u sostenibbli f'pajjiżna", żied jgħid is-Sur Montebello.
Stqarrijiet Oħra:
PR261940
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara fuq il-la...
PR261939