Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Inwettqu Flimkien: Imniedi l-Pjan Nazzjonali għall-Ikel Organiku għal konsultazzjoni pubblika

pr230430
Date Icon 22/03/2023

F’konferenza tal-aħbarijiet, tnieda l-abbozz tal-Pjan Nazzjonali għall-Ikel Organiku għal konsultazzjoni pubblika. Dan il-pjan ġie varat mill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo u mis-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said. 

Ġie spjegat li permezz ta’ dan il-pjan se tiġi assigurata s-sigurtà tal-ikel f’pajjiżna kif ukoll se tiġi implimentata miżura oħra tal-Budget 2023. Dan il-pjan jiffoka fuq tliet pilastri li l-għan tagħhom hu li joffru ikel organiku lokali ta’ kwalità lill-konsumatur, kemm minn aspett ta’ agrikoltura, akwakultura, kif ukoll joffri dħul sostenibbli għall-produtturi Maltin u Għawdxin. Il-mira ewlenija hija li pajjiżna jkollu 5% tal-art agrikola utilizzata għall-biedja organika sas-sena 2030.

Fl-indirizz tiegħu, il-Ministru Anton Refalo qal li permezz ta’ dan il-pjan, il-gvern qed jattwa l-kunċett tas-sostenibbiltà, kemm fuq livell ambjentali kif ukoll fuq wieħed ekonomiku. “L-iskop primarju tagħna jibqa’ li l-produttur ikun megħjun biex jagħmel din il-bidla. Għaldaqstant, irridu nagħtuh l-għajnuna finanzjarja xierqa, l-aċċess għall-art u għas-swieq u t-taħriġ u l-informazzjoni kollha li għandu bżonn. Min-naħa l-oħra, jeħtieġ ukoll li nkomplu nsaħħu l-istrutturi tagħna, inklużi l-awtoritajiet kompetenti u dawk li joffru servizzi relatati ma’ dan is-settur, sabiex ikunu armati bir-riżorsi meħtieġa,” żied jgħid il-Ministru Refalo.

Il-ministru spjega li fis-settur tal-ikel il-gvern qed jimxi b’viżjoni u b’miri komuni li jassiguraw li l-konsumatur ikollu aċċess adegwat għall-ikel skont id-domanda anke bi prezz raġonevoli; jassiguraw li l-produtturi jkollhom qligħ xieraq mill-valur miżjud fuq l-ikel organiku; u li jinvestu fl-ambjent biex il-produzzjoni tibqa’ sostenibbli fil-futur.

“Għal darb’oħra, dan il-gvern qed juri kemm verament qed ikun ta’ spalla mal-bdiewa, mar-raħħala u mas-sajjieda tagħna; gvern li qed ikompli jwettaq u llum wasalna biex nippreżentaw l-ewwel pjan nazzjonali għall-ikel organiku,” temm jgħid il-Ministru Refalo.

Is-Segretarju Parlamanetari Alicia Bugeja Said qalet li dan il-pjan huwa żvilupp kruċjali għal diversi setturi, li qed iniedu tragwardi importanti għall-produzzjoni tal-ikel lokali, bil-għan li jsaħħu l-ekonomija ta’ pajjiżna kif ukoll is-saħħa tal-poplu Malti u Għawdxi. 

Żiedet tgħid li l-irwol tal-ikel organiku mhuwiex biss limitat fuq l-art, u enfasizzat l-importanza tad-direzzjoni li ser jieħdu fis-settur tal-akwakultura, li huwa settur bi produzzjoni totali li tilħaq il-€225 miljun u huwa wieħed ibbażat fuq speċi magħrufa bħat-tonn, u t-tkabbir tal-awrat u tal-ispnott.

“L-istrateġija li qegħdin inniedu llum tassew tolqot lil ħafna: lill-bdiewa u lir-raħħala; lis-sajjieda u lill-konsumaturi – speċjalment dawk li jfittxu prodotti li huma bbażati fuq produzzjoni organika. Qed inwettqu diversi trasformazzjonijiet f’dan is-settur u nemmen li flimkien nistgħu nagħmlu dan il-pass biex inwettqu d-differenza,” ikkonkludiet is-segretarju parlamentari. 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Inwettqu Flimkien: Imniedi l-Pjan Nazzjonali għall-Ikel Organiku għal konsultazzjoni pubblika
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Inwettqu Flimkien: Imniedi l-Pjan Nazzjonali għall-Ikel Organiku għal konsultazzjoni pubblika
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Inwettqu Flimkien: Imniedi l-Pjan Nazzjonali għall-Ikel Organiku għal konsultazzjoni pubblika
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Inwettqu Flimkien: Imniedi l-Pjan Nazzjonali għall-Ikel Organiku għal konsultazzjoni pubblika
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Żjara fuq il-lant ta’ proġett ta’ 55 unit residenzjali ġdid f’Ħaż-Żebbuġ għal familji vulnerabbli

PR261940

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara fuq il-la...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

Aktar Stqarrijiet Right arrow