Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inwettqu Flimkien: Jiftħu l-applikazzjonijiet għal SkolaSajf 2023

pr230428
Date Icon 22/03/2023

‘Peace by Piece’ – Tema favur il-Paċi għal SkolaSajf 2023

L-applikazzjonijiet għall-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ SkolaSajf fetħu llum 22 ta’ Marzu 2022. Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha ngħataw dettalji dwar SkolaSajf 2023 u wkoll tnieda l-logo għal din is-sena. Il-logo magħżul huwa ta’ Amy Aquilina Castagno li rebħet il-kompetizzjoni li saret għad-disinn tal-logo għal din is-sena. SkolaSajf se jkollha t-tema ‘Peace by Piece’, tema b’saħħitha dwar id-diversi valuri tal-paċi.

“Qed inniedu edizzjoni oħra ta’ SkolaSajf, servizz eċċellenti li mhux biss huwa parti mill-viżjoni u l-ħidma tagħna biex is-sistema edukattiva tirrifletti r-realtajiet u l-bżonnijiet tas-soċjetà li qed ngħixu fiha, imma servizz li jikkontribwixxi fit-tul ħalli nindirizzaw numru ta’ sfidi soċjali sa minn età żgħira,” qal il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima.

Din is-sena SkolaSajf se jingħata mill-iskejjel primarji tal-istat u minn 5 resource centres madwar Malta u Għawdex bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa. Is-servizz jibda mit-12 ta’ Lulju sal-11 ta’ Awwissu u mill-21 ta’ Awwissu sas-7 ta’ Settembru. Filwaqt li l-ħinijiet ta’ SkolaSajf huma bejn it-8:30 ta’ filgħodu san-nofsiegħa, servizz estiż għall-ġenituri li jaħdmu se jingħata f’ċentri magħżula mis-7:00 sat-8:30 ta’ filgħodu u min-nofsiegħa sal-17:30 ta’ waranofsinhar.

Il-Ministru Grima ddeskriva dan is-servizz bħala wieħed ta’ suċċess, bl-applikazzjonijiet li qed jiżdiedu minn sena għal sena. Filwaqt li fl-2020 u fl-2021 kien hemm 7,849 u 8,300 applikazzjoni rispettivament, is-sena li għaddiet daħlu mat-12,000 applikazzjoni.

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv ta’ SkolaSajf Michael Bondin spjega li permezz ta’ Skolasajf, eluf ta’ studenti qed jingħataw servizz estiż ta’ edukazzjoni marbut ma’ tema li tirrifletti dak li jkun għaddej madwarna. Kompla li din is-sena ntgħażlet it-tema tal-paċi li matul SkolaSajf se tkun esplorata fit-tifsira vasta tagħha, mill-paċi fid-dinja sal-paċi li tinġieb meta jkun apprezzat dak kollu li jagħmilna differenti minn xulxin. Huwa spjega wkoll li t-tfal li jattendu s-servizz ta’ SkolaSajf jibbenefikaw minn programm ta’ attivitajiet edukattivi informali marbut mat-tema permezz ta’ attivitajiet, ħarġiet u logħob sportiv fost oħrajn.

Kull sena jkun hemm madwar 50 entità mis-settur pubbliku u s-settur privat, kumpaniji privati u organizzazzjonijiet mhux governattivi li jipparteċipaw fi SkolaSajf.

L-applikazzjonijiet se jibdew jintlaqgħu online mil-lum 22 ta’ Marzu sat-3 ta’ Mejju 2023 fuq is-sit https://services.fes.gov.mt/. Biex jingħataw dawn is-servizzi, l-FES timpjega madwar 2,000 persuna, li jinkludu fost l-oħrajn, koordinaturi taċ-ċentri, playworkers u child support workers. L-applikazzjonijiet għar-reklutaġġ għadhom miftuħa fuq is-sit https://recruitment.fes.gov.mt/.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inwettqu Flimkien: Jiftħu l-applikazzjonijiet għal SkolaSajf 2023
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inwettqu Flimkien: Jiftħu l-applikazzjonijiet għal SkolaSajf 2023
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Żjara fuq il-lant ta’ proġett ta’ 55 unit residenzjali ġdid f’Ħaż-Żebbuġ għal familji vulnerabbli

PR261940

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara fuq il-la...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

Aktar Stqarrijiet Right arrow