Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-GVERN TA’ MALTA

pr230421
Date Icon 21/03/2023

Il-Gvern ta' Malta nnotifika lil Steward Malta li se jkun qed jagħmel 'control step-in' biex jieħu f'idejh l-operat tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, l-Isptar Karin Grech u l-Isptar San Luqa.

Il-Gvern reġa' nnotifika lil Steward Malta li ma kienx qed jaċċetta dak li qalet f'dik li sejħet bħala Termination Notice u minflok kiteb lil Steward Malta li l-'control step-in' u t-terminazzjoni se jsiru bil-kundizzjonijiet elenkati mill-Gvern.

Il-pass li ħa l-Gvern ifisser li se jidħol minnufih għat-tmexxija ta' dawn l-isptarijiet.

Għal darb'oħra l-Gvern qed jerġa' jassigura s-servizz lill-pazjenti kollha u l-impjiegi tal-ħaddiema kollha fl-isptarijiet.

Qed jittieħdu l-passi kollha biex din it-tranżizzjoni ssir mingħajr interuzzjonijiet fis-servizz. 

Dawn il-passi qed isiru mingħajr preġudizzju għall-proċeduri li hemm quddiem il-Qrati Maltin iżda huma intiżi biex ikomplu jipproteġu l-interess tal-Gvern Malti u l-interess nazzjonali f'kull ċirkostanza.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Żjara fuq il-lant ta’ proġett ta’ 55 unit residenzjali ġdid f’Ħaż-Żebbuġ għal familji vulnerabbli

PR261940

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara fuq il-la...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

Aktar Stqarrijiet Right arrow