Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President ta’ Malta jibda żjara uffiċjali fil-Latvja jibda żjara uffiċjali fil-Latvja

pr230415
Date Icon 21/03/2023

Il-President ta' Malta George Vella u s-Sinjura Miriam Vella ħallew Malta għal żjara uffiċjali fil-Latvja fuq stedina tal-President tal-Latvja Egils Levits.

L-impenji uffiċjali jibdew l-Erbgħa filgħodu b'laqgħa mal-President Levits fil-Kastell ta' Riga. Il-President Vella se jkollu wkoll laqgħat separati mal-Prim Ministru, Krišjānis Kariņš, mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Edgars Rinkēvičs, u mad-Deputat Speaker ta' Saeima (tal-Parlament), Zanda Kalniņa-Lukaševica.

Din iż-żjara uffiċjali ta' jumejn fil-Latvja ssegwi ż-żjara li l-President Levits għamel f'Malta għal-laqgħa informali tal-kapijiet ta' stat mhux eżekuttivi tal-Unjoni Ewropea, magħrufa bħala l-Grupp Arraiolos, li saret f'Ottubru li għadda.

Id-delegazzjoni tal-President ta' Malta fil-Latvja tinkludi lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar, Stefan Zrinzo Azzopardi.

Sakemm il-President George Vella jkun il-Latvja, il-Professur Frank Bezzina se jservi fil-kariga ta' Aġent President ta' Malta. Il-President u s-Sinjura Vella jiġu lura Malta nhar il-Ġimgħa, 24 ta' Marzu 2023.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Żjara fuq il-lant ta’ proġett ta’ 55 unit residenzjali ġdid f’Ħaż-Żebbuġ għal familji vulnerabbli

PR261940

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara fuq il-la...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

Aktar Stqarrijiet Right arrow