Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT: Ftehim dwar il-ftuħ tal-istituzzjonijet edukattivi wara l-vaganzi tal-Milied

pr212280
Date Icon 31/12/2021

Wara laqgħa li saret illum fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport, il-Grupp ta' Ħidma wasal għal ftehim li l-iskejjel u l-istituzzjonijiet edukattivi se jiftħu il-bibien tagħhom għat-tieni term skolastiku b'mod online fid-data rispettiva tagħhom u fiżikament fuq il-bankijiet tal-iskola mill-10 ta' Jannar. Ic-childcare centres se jiftħu wkoll fl-istess jum.

Il-Grupp ta' Ħidma wasal ukoll għal ftehim li s-sitwazzjoni fl-iskejjel u fil-klassijiet se tibqa' tiġi evalwata minn jum għal ieħor skond il-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa.

Dan il-grupp, li twaqqaf hekk kif feġġet il-pandemija, huwa magħmul minn rappreżentanti mit-tliet setturi edukattivi: l-istat, il-knisja u l-iskejjel indipendenti, flimkien mal-Malta Union of Teachers (MUT) u l-awtoritajiet tas-saħħa.

F'laqgħa oħra li saret illum ukoll mar-Rettur u rappreżentanti oħra tal-Università ta' Malta flimkien mal-UMASA, ġie maqbul li l-Università tiftaħ il-bibien tagħha b'mod normali għas-sessjonijiet tat-tagħlim prattiku fit-3 ta' Jannar. Mill-10 ta' Jannar, it-tagħlim se jkun b'mod fiżiku jew online skont id-diskrezzjoni tal-fakultajiet rispettivi.

L-eżamijiet fl-Università huma ppjanati li jsiru kif diġà stabbilit. Fil-każ ta' studenti li jinqabdu b'każ mediku relatat mal-COVID, dawn se jingħataw l-opportunità li jiġu assessjati f'temp ta' ftit ġimgħat wara, minflok f'Settembru.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport Clifton Grima jirringrazzja lil dawk kollha li llum kienu involuti f'dawn il-laqgħat kordjali, kif ukoll jirringrazzja lill-edukaturi għall-impenn, id-dedikazzjoni u x-xogħol fil-missjoni tagħhom għall-ġid tal-istudenti kollha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Performance Audit: Verifying Income Tax Returns

PR261953en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Performance Audit: Verifying In...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA  Performance Audit: Verifying Income Tax Returns

PR261953

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Performance Audit: Verifyi...

More Press Releases Right arrow