Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI: Elezzjoni każwali għall-membru parlamentari fit-tielet distrett elettorali

pr212266
Date Icon 27/12/2021

Il-Kummissjoni Elettorali ġiet inkarigata mill-President tar-Repubblika biex tmexxi elezzjoni każwali fit-Tielet Distrett Elettorali wara r-riżenja ta’ Silvio (Silvio John) Grixti. Dan l-avviż (writ) ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ nhar il-Ġimgħa. Għaldaqstant, il-Kummissjoni Elettorali tavża li ser tirċevi nominazzjonijiet ta’ kandidati għall-elezzjoni każwali sabiex jimtela dan il-post ta’ Membru Parlamentari fit-Tielet Distrett Elettorali.

Dawk il-kandidati li kkontestaw it-Tielet Distrett Elettorali fl-Elezzjoni Ġenerali ta’ Ġunju, 2017, u li ma ġewx eletti iżda għandhom il-kwalifiki meħtieġa biex jiġu eletti, jistgħu jippreżentaw in-nomina tagħhom kuljum mil-lum it-Tnejn 27 sal-Ġimgħa 31 ta’ Diċembru, 2021, fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali fil-Kumpless tal-Ex Trade Fair Grounds, In-Naxxar, bejn id-9.00 a.m. u nofsinhar.

Formoli tan-nomina jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali. Il-Kummissjoni Elettorali tavża li l-għadd tal-voti se jsir fis-Sala tal-Għadd tal-Voti, n-Naxxar, nhar it-Tlieta, l-4 ta’ Jannar, 2022 mit-08.30 a.m. ’il quddiem.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Performance Audit: Verifying Income Tax Returns

PR261953en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Performance Audit: Verifying In...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA  Performance Audit: Verifying Income Tax Returns

PR261953

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Performance Audit: Verifyi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow