AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva mingħand il-kummerċjant involut, l-imsemmijin prodotti m'għandhomx jiġu kkunsmati għaliex instab li fihom ingredjent li huwa potenzjalment ikkontaminat bl-Ethylene oxide.
| Deskrizzjoni tal-prodott | Lott | Data tad-durabbilità |
| Nestle Extreme Mojito 71g (mibjugħ individwali) | PL0184140101 | 30.01.2022 |
| Nestle Extreme Mojito (mibjugħ f'kaxxi ta' 6) | PL0184140101 | 30.01.2022 |
L-Ethylene oxide huwa pestiċida li l-użu tiegħu fl-ikel m'huwiex awtorizzat fl-Unjoni Ewropeja, iżda hu awtorizzat f'pajjiżi barra l-UE. Għalkhemm il-konsum tal-prodott mhux ta' riskju immedjat, hemm riskju ikbar jekk ikel differenti li jkun ikkontaminat b'din il-kimika jittiekel għal perjodu ta' żmien. Għaldaqstant, wieħed għandu jnaqqas kemm jista jkun il-konsum ta' prodotti li jkun fihom din il-kimika, anke jekk f'livell baxx. Din it-twissija qed tinħareġ ukoll wara li kien hemm qbil bejn l-Istati Membri hekk kif rappurtat fuq https://ec.europa.eu/food/system/files/2021-07/rasff_ethylene-oxide-incident_e410_crisis-coord_sum.pdf
Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.
Other Press Releases:
PR261953en
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Performance Audit: Verifying In...
PR261953