Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ NAZZJONALI U L-INFURZAR TAL-LIĠI

pr212246
Date Icon 18/12/2021

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi nnomina lis-Sur Christopher Siegersma biex jinħatar mill-President ta' Malta fil-kariga l-ġdida ta' Kummissarju għall-Ħarsien u l-Iżvilupp tal-Priġunieri.

Is-Sur Siegersma għandu tmienja u tletin sena, u ġej minn snin twal ta' esperjenza f'ħidma fil-qasam mediku u soċjali. Fl-irwol professjonali tiegħu, hu kien responsabbli minn timijiet multidixxiplinarji fis-setturi tas-saħħa mentali, ewlenin fosthom il-Crisis Intervention and Home Treatment team (CIHT) u l-Young People's Unit (YPU).

Is-Sur Christopher Siegersma hu gradwat bħala infermier, b'Masters mill-Università ta' Malta fil-kura tas-saħħa mentali. Fil-preżent, qiegħed fil-proċess li jottjeni PhD mill-Queen Margaret University ta' Edinburgh fl-Iskozja. F'dan id-dottorat, is-Sur Siegersma qed jispeċjalizza fit-trawma psikoloġika li tirrelata ma' atti kriminali.

Barra mit-termini hekk kif rikjesti mil-liġi, il-Kummissarju għall-Ħarsien u l-Iżvilupp tal-Priġunieri se jkun fdat ukoll li jsegwi l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet skont kif proponuti mill-Bord ta' Inkjesta li evalwa l-operat tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ NAZZJONALI U L-INFURZAR TAL-LIĠI
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Performance Audit: Verifying Income Tax Returns

PR261953en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Performance Audit: Verifying In...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA  Performance Audit: Verifying Income Tax Returns

PR261953

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Performance Audit: Verifyi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow