Left arrow Mur Lura

LAQGĦAT BILATERALI MAL-PRIM MINISTRU TA’ SINGAPORE U L-PRIM MINISTRU TAL-AWSTRALJA

pr2538
Date Icon 15/11/2013

Il-Prim Ministru Joseph Muscat kellu laqgħa bilaterali mal-Prim Ministru ta’ Singapore Lee Hsien Loong fejn flimkien iddiskutew modi kif Singapore u Malta jistgħu jikkoperaw b’mod formali.

Waqt il-laqgħa, il-Prim Ministru Muscat qal li bejn iż-żewġ pajjiżi jeżistu similaritajiet. B’hekk ġie propost li ż-żewġ pajjiżi jaħdmu fuq relazzjonijiet u koperazzjoni iktar formali u mill-qrib f'oqsma bħas-servizzi finanzjarji. 

Il-Prim Ministru ta’ Singapore laqa’ din l-istedina u diskussjonijiet bejn iż-żewġ naħat għandhom ikomplu mil-lat tekniku.

Laqgħa mal-Prim Ministru Abbott

Il-Prim Ministru ltaqa’ wkoll mal-Prim Ministru Awtraljan Tony Abbott. 

Dr Muscat qal li huwa ddiskuta miegħu l-problemi relatati mal-immigrazzjoni u semma kif filwaqt li ż-żewġ pajjiżi qed iħabbtu wiċċhom mal-problema tal-immigrazzjoni illegali, iż-żewġ realtajiet huma partikolari u differenti fiż-żewġ pajjiżi.

Qal ukoll li ma setax jonqos li mal-Prim Ministru Awstraljan jitkellmu wkoll dwar is-sehem tal-komunità Maltija fl-Awstralja. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

PR262038

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  Malta ssaħħaħ ir-rwol tagħha bħala ċentru ta’ kooperazzjoni turistika fil-Mediterran

PR262037

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Malta ssaħħaħ ir-rwol tagħha bħala ċ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow