Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DRITTIJIET TA’ PERSUNI B’DIŻABILITÀ U ANZJANITÀ ATTIVA

pr2533
Date Icon 14/11/2013

Irridunsaħħu l-karriera tal-Care Assistants fl-interess tal-anzjani f’pajjiżna

L-Onor. Segretarju Parlamentari għad-Drittijietta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Dr Franco Mercieca sostna lil-Gvern se jkompli jaħdem biex itejjeb il-kundizzjonijiet tal-Care Assistantsbil-għan li ntejbu l-livell ta’ kura li qegħdin jingħataw l-anzjani f’pajjiżnaf’diversi istituzzjonijiet.

Dr Mercieca qal dan waqt ċerimonja ta’ għoti ta’ċertifikati li saret illum waranofsinhar fir-Residenza San Vinċenz de Paul lilmadwar 38 Care Assistants li temmew b’suċċess kors intensiv ta’ taħriġteoretiku u prattiku fl-istess residenza.

L-Onor. Segretarju Parlamentari rrimarka likwart tal-popolazzjoni Maltija jew 102,026 persuna matul is-sena li għaddietkellhom 60 sena jew aktar. Qal li dan l-għadd mistenni jiżdid għal 128,700fl-2035. Dan ifisser li 31 fil-mija tal-popolazzjoni ta’ pajjiżna se tkunmaghmula minn anzjani.

Għaldaqstant huwa saħaq fuq il-ħtieġa li nkomplunsaħħu l-professjonijiet kollha marbuta mal-kura tal-anzjani, inkluża diktal-care assistants.

Dr Mercieca żied jgħid li dan ix-xogħol ma jitlobxbiss nies imħarrġa, iżda nies li għandhom ċertu mħabba lejn l-anzjani. Huwaappellalhom biex jagħmlu dan ix-xogħol b’imħabba għax sosnta li dan jagħtihomsodisfazzjoni ferm akbar fil-karriera tagħhom.

“Konvint li ladarba dħaltu għal dan l-impenn,għandkom din l-imħabba lejn l-anzjani u li l-ħiliet professjonali li rawwemfikom dan il-kors se tkunu qed twettquhom fil-prattika ladarba tkunu fuqil-post tax-xogħol tagħkom”, qal l-Onor. Segretarju Parlamentari.

Dr Mercieca żied jgħid li l-karriera tal-careassistants hija kruċjali ħafna fil-qasam tal-kura tal-anzjani u għalhekk lil-Gvern hu kommess li jtejjeb il-kundizzjonijiet f’dan il-qasam.

Fl-intervent tiegħu l-Onor. SegretarjuParlamentari semma wkoll li fi żmien qasir ħafna, il-Gvern se jkun qiegħed iniedil-Politika Nazzjonali Strateġika għal AnzjanitàAttiva u qal li din se tkun pass importanti‘l quddiem biex nagħtudirezzjoni politika ġdida lis-setturtal-anzjani f’pajjiżna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

PR262038

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  Malta ssaħħaħ ir-rwol tagħha bħala ċentru ta’ kooperazzjoni turistika fil-Mediterran

PR262037

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Malta ssaħħaħ ir-rwol tagħha bħala ċ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow