Left arrow Mur Lura

IL-PROFESSJONI TAX-XOGĦOL MAŻ-ŻGĦAŻAGĦ SE TIĠI RIKONOXXUTA

pr2530
Date Icon 14/11/2013

Il-Youth Work se jiġi rikonoxxut bħala professjoni sabiex  jiżgura li jingħata servizz xieraq għaż-żgħażagħ tagħna. Din hija proposta oħra mill-manifest elettorali fejn qed insaħħu l-professjonijiet ġodda li jservu ta’ pont bejn l-għajnuna li jagħti l-Istat u l-komunità, fosthom il-youth workers. Dan ħabbru s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, Stefan Buontempo meta indirizza dibattitu dwar il-Vot 16 fl-MCAST organizzat mill-Aġenzija Żgħażagħ.

L-ewwel qari ta’ dan l-Att li jirregola l-professjoni tax-xogħol maż-żgħażagħ se jitressaq quddiem il-Parlament għada. 

Is-Segretarju Parlamentari Buontempo qal li dan l-Att “huwa parti mill-kullana ta’ inizjattivi favur iż-żgħażagħ li dan il-Gvern qed iwettaq”. Il-Liġi ser tkun qed issaħħaħ ir-rwol u l-livell ta’ servizz offrut mill-youth workers fl-istess waqt li tkun qed tingħata aktar responsabiltà liż-żgħażagħ.

Dr Buontempo qal ukoll li bil-miżura tal-Vot 16, iż-żgħażagħ se jkunu aktar fiċ-ċentru tal-politika u se jkollhom sehem aktar attiv fid-deċiżjonijiet tal-lokal tagħhom. Din il-miżura se twassal ukoll biex iż-żgħażagħ jkunu f’pożizzjoni aħjar li jfasslu l-futur tal-lokalità tagħhom permezz tal-għażliet fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.

Dan il-pass li Malta se tieħu se jwassal biex pajjiżna jkun parti minn grupp ta’ pajjiżi  bħal l-Awstrija u l-Iżvizzera li diġà għamlu dan il-pass temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Buontempo.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

PR262038

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  Malta ssaħħaħ ir-rwol tagħha bħala ċentru ta’ kooperazzjoni turistika fil-Mediterran

PR262037

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Malta ssaħħaħ ir-rwol tagħha bħala ċ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow