STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-GVERN
Kif tħabbar mill-Prim Ministru din il-ġimgħa fil-Parlament il-Gvern għadu kif ħatar Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta li se jkun koordinat mill-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima.
Ir-rappreżentant tal-Gvern huwa Silvio Parnis, li se jmexxi l-kumitat.
L-Oppożizzjoni innominat lil Charlot Cassar.
Ir-rappreżentant tal-Kurja hija Nora Macelli.
Il-membri l-oħra huma Angela Abela, Kenneth Abela, Dr Jason Bonnici, Lino Bugeja, Graziella Cavlan, Sandro Chetcuti, Peter Cordina u Dr Josie Muscat.
Il-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta xogħlu huwa li jagħrbel il-problemi li hemm fl-inħawi u jissuġġerixxi kif dawn jistgħu jingħelbu. Għandu jaħdem għat-titjib in ġenerali tan-Nofsinhar ta’ Malta f’qafas ta’ żvilupp sostenibbli li jwassal għal għixien aħjar.
Għaldaqstant il-Kunsill Konsultattiv jista’ jissuġġerixxi, jekk iħoss li għandu jagħmel hekk, azzjonijiet jew skemi għall-kunsiderazzjoni tal-Gvern li jiġġeneraw żvilupp għall-benefiċċju tan-nies tal-madwar.
Other Press Releases:
PR262038
AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
PR262037