Left arrow Mur Lura

INRESSQU LIT-TFAL TAGĦNA LEJN IL-QARI PERMEZZ TA’ METODI INNOVATTIVI

pr2519
Date Icon 13/11/2013

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, qed iħares lejn kif nistgħu nressqu lit-tfal tagħna lejn il-qari permezz ta’ metodi innovattivi għal pajjiżna. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, Stefan Buontempo waqt li l-ftuħ uffiċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb.

Dr Buontempo qal li “dan il-Gvern għamel il-ġlieda kontra l-illiteriżmu bħala prijorità u għalhekk fil-baġit li għadu kif ġie preżentat, tħabbru inizjattivi ta’ kif nistgħu nużaw l-isport u t-teknoloġija biex inressqu lit-tfal u liż-żgħażagħ tagħna lejn il-qari”.  Dan se jsir permezz tat-tablets u bi proġett li se jkun ibbażat fuq il-popolarità tal-futbolers u l-kowċis professjonali Maltin bħala role models, fejn se jibni fuq il-popolarità tagħhom.

Is-Segretarju Parlamentari Buontempo rrimarka li dan is-settur ra titjib qawwi b’investiment fit-teknoloġija li permezz tagħha l-kreattività tal-awtur titwassal għand il-qarrej bl-aktar mod professjonali u attraenti. Huwa rringrazzja lill-awturi u pubblikaturi għax-xogħol siewi li jagħmlu biex ixerrdu s-sbuħija tal-letteratura Maltija.

Il-Festival tal-Ktieb ser issir bejn l-Erbgħa 13 ta' Novembru u l-Ħadd 17 ta' Novembru fiċ-Ċentru tal-Konferenzi, Dar il-Meditterran, il-Belt Valletta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

PR262038

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  Malta ssaħħaħ ir-rwol tagħha bħala ċentru ta’ kooperazzjoni turistika fil-Mediterran

PR262037

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Malta ssaħħaħ ir-rwol tagħha bħala ċ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow