Left arrow Mur Lura

IL-PRESIDENT GEORGE ABELA JNIEDI L-IRKANT TAL-ARTI TAL-ISTRINA 2013

pr2512
Date Icon 12/11/2013

Illum tnieda l-Irkant tal-Arti tal-Istrina mill-President George Abela hekk kif dalgħodu, fil-Palazz il-Belt, inawgura il-wirja li tinkludi iktar minn sittin opra tal-arti b’xogholijiet kontemporanji ta’ pittura u skultura ta’ artisti Maltin u xi uħud internazzjonali. L-Irkant huwa skedat għal nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Novembru 2013 fil-Palazz ta’ Sant’Anton fis-7.00 ta’ filgħaxija.

Filwaqt li irringrazzja lil artisti tal-kontribut li qedhin jagħtu f’din il-wirja sostna l-importanza li għandha dejjem tingħata lil qasam tal-kultura u tal-arti. Din il-Presidenza kienet impenjata sabiex tipromuovi l-arti u l-artisti Maltin. Fil-fatt ingħatat l-opportunita’ lil diversi artisti sabiex jesibixxu fil-Palazz ta’ Sant’Anton u iddaħħlet ukoll id-drawwa li waqt iż-żjarat Statali, jingħata xogħol, talenti ta’ artisti Maltin.  Din il-Presidenza ħarġet bl-ideja tal-“sculpture garden” sabiex artisti jespixxu ix-xogħolijiet tagħhom fil-Palazz Verdala b’mod permanenti. 

Il-President stieden lil pubbliku sabiex iżur din il-wirja fil-Palazz il-Belt, li ser tkun miftuħa kuljum mill-1000am sal-4.00pm sa nhar il-Erbgħa 20 ta’ Novembru. Il-wirja tinkludi fost l-aħjar elementi ta’ artisti b’xogħolijiet mill-isbaħ li jvarjaw mill-astratt għal klassiku kif ukoll minn forom u kuluri differenti għall-xenarji u pajsaġġi Maltin. Il-President Abela tkellem dwar l-esperjenza tiegħu fiż-żjara li għamel fl-isptariijiet f’Londra ftit tal-ġranet ilu fejn fost diversi pazjenti Maltin li ltaqa’ magħhom iltaqa’ ma trabi ta’ ftit ġranet rekoverati għal kura. Il-President tenna kif ġieli f’każijiet, persuna waħda jkollha bżonn  madwar €100,000 jew  €150,000 u l-Malta Community Chest Fund tkun ta’ għajnuna għalihom speċjalment meta l-kura trid tingħata f’pajjiżi l-barra mir-Renju Unit bħal Israel, l-Italja, l-Ġermanja u l-Amerika. 

Għal din ir-raġuni l-President Abela fakkar lil artisti li l-kontribut tagħhom f’din il-wirja huwa wieħed għal kawża ġusta u stieden lil min jħobb l-arti sabiex jipparteċipa f’dan l-irkant biex b’hekk ikun qed jikkontribwixxi ukoll. 

Is-Sinjura Doris Zahra, ċerpersin tal-Kumitat Organiżżattiv tal-Irkant, irringrazzjat lil artisti u lil kull min qed jagħti kontribut sabiex dan l-Irkant iseħħ b’mod partikolari lid-Dipartiment tal-Informazzjoni u l-Istamperija tal-Gvern, Casapinta Design Group u l-Heritage Malta. Is-Sinjura Zahra qalet li kul min irid jattendi l-Irkant jista’ jirriżerva post b’donazzjoni ta’ €25 il-persuna,  mill-Ufficju tal-President il-Belt. 

Għall-iktar informazzjoni wieħed jista’ jidħol fis-sit www.mccf.org.mt  ibgħat email lil christine.camilleri@gov.mt jew iċempel 22053148 jew 99874068.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

PR262038

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  Malta ssaħħaħ ir-rwol tagħha bħala ċentru ta’ kooperazzjoni turistika fil-Mediterran

PR262037

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Malta ssaħħaħ ir-rwol tagħha bħala ċ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow