STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U L-KONSERVAZZJONI TAL-ILMA.
Il-Ministeru tal-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma jiċċara li għal kuntrajru ta’ dak li allega l-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busittil, illejla, bir-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, il-konsumaturi xorta se jibqgħu jibbenefikaw mill-eko riduzzjoni. L-Opozizzjoni qed tibqa’ tipprova tagħti lill-konsumaturi impressjoni għal kollox żbaljata. Il-Ministeru jiċċara wkoll li l-konsumaturi li jirċievu l-vouchers ukoll se jibqgħu jibbenefikaw minn dawn il-vouchers, apparti r-roħs fil-kontijiet.
Il-Ministeru jfakkar li kien biss issa li l-Oppożizzjoni qed tammetti li r-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma kif imwiegħed minn dan il-Gvern qabel l-elezzjoni ġenerali huwa possibli. Dan minkejja li sa ftit tax-xhur ilu l-Oppożizzjoni dejjem baqghet tinsisti li dan ir-roħs ma setgħax isir.
Il-Gvern ma jistax jifhem għala l-Oppożizzjoni qed tibqa' tipprova tbeżża’ lill-familji meta il-Gvern diġa wiegħed lill-poplu roħs sostanzjali fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Din hija kontradizzjoni kbira l-aktar meta tqis li l-Opożizzjoni qed tipprova wkoll tieħu l-mertu tar-roħs fil-kontijiet.
Ir-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma b’medja ta’ 25% u 5 % rispettivament kif imħabbar fil-Baġit, se jidħlu fis-seħħ kif dejjem wiegħed dan il-Gvern li qed juri bil-fatti kemm qed jaħdem għal Malta aktar b’saħħitha u aktar ġusta.
Stqarrijiet Oħra:
PR262038
AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
PR262037