Il-bini tal-Parlament il-Ġdid gĦandu jkun lest sa Ġunju 2014
Is-Sibt 10 ta' Novembru 2013, il-perit Renzo Piano għamel zjara ta' kortesija lill-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati, l-Onorevoli Anġlu Farrugia fil-Palazz, il-Belt Valletta.
Matul il-laqgħa ġew diskussi temi relatati mal-bini l-ġdid tal-Parlament fejn gie nnotat li dan għandu jitlesta sa’ Ġunju 2014 biex b'hekk il-Parlament jibda jiltaqa’ f’din il-binja l-ġdida minnufih wara r-recess tas-Sajf.
F’din il-laqgħa, flimkien mal-Ispeaker Farrugia kien kemm preżenti d-Deputy Speaker l-Onorevoli Ċensu Galea, il-Viċi Prim Ministru l-Onorevoli Louis Grech, il-Whip tal-Gvern l-Onorevoli Carmelo Abela, il-Viċi Kap tal-Oppożizzjoni l-Onorevoli Mario De Marco, il-Whip tal-Oppożizzjoni l-Onorevoli David Agius, il-Membru Parlamentari l-Onorevoli Deborah Schembri u l-Iskrivan tal-Kamra.
Flimkien mal-Perit Piano kien hemm preżenti l-perit Antonio Belvedere u ċ-Chairman u s-Chief Executive Officer tal-Grand Harbour Regeneration Corporation plc, Dr Stefan Zrinzo Azzopardi u Sur Chris Paris rispettivament.
Other Press Releases:
PR262038
AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
PR262037